LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
Avviż
Lingwa ġdida disponibbli: Kimanyanga
  • Illum

Il-Ġimgħa, 3 taʼ Lulju

“Jien, Ġeħova, qed ngħarbel il-qalb . . . sabiex nagħti lil kulħadd skond triqatu.”—Ġer. 17:10.

Fi żmien Ġona, in-nies taʼ Ninwe kellhom iċ-ċans li jiddispjaċihom. Ftakar li Ġesù qal li “dawk li għamlu l-ħażin se jiġu ġġudikati” wara li jiġu rxoxtati. (Ġw. 5:29) Mela milli jidher anki xi wħud min-nies taʼ Sodoma u Gomorra għandhom it-tama li jiġu rxoxtati. Aħna jistaʼ jkollna l-opportunità li ngħallmuhom dwar Ġeħova u Ġesù Kristu. Ġeħova dejjem ‘jgħarbel il-qalb’ u jeżamina dak li naħsbu. Fil-futur Ġeħova se jiddeċiedi lil min se jirxoxta skont dak li għamlu f’ħajjithom. Ġeħova se juri l-ħniena fejn hu possibbli imma dejjem se jkun ġust. Mela qatt m’għandna ngħidu li xi ħadd mhux se jiġi rxoxtat, sakemm ma tgħidilniex il-Bibbja. w24.05 5-6 ¶15-16

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Is-Sibt, 4 taʼ Lulju

“Tibżax. Jien se ngħinek.”—Isa. 41:13.

Fil-passat, meta l-qaddejja t’Alla sabuha diffiċli biex jippritkaw, il-messaġġ li tahom Ġeħova għenhom. Aħseb dwar l-eżempju tal-profeta Ġeremija. Hu ħassu ansjuż meta Ġeħova qallu biex jipprietka. Ġeremija qal: “Jien ma nafx nitkellem, għax m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.” (Ġer. 1:6) Allura Ġeremija kif għamel kuraġġ? Hu għamel il-kuraġġ minn dak li qallu Ġeħova. Hu qal li ‘din saret bħal nar jaqbad magħluq f’għadmu; u għeja jżommha fih, u ma setax jissaporti iktar.’ (Ġer. 20:​8, 9) Għalkemm Ġeremija kellu territorju diffiċli, il-messaġġ li tah Ġeħova tah is-saħħa li kellu bżonn biex jagħmel ix-xogħol. Illum, il-Kristjani wkoll jistgħu jagħmlu l-kuraġġ permezz tal-kliem taʼ Ġeħova li nsibu fil-Bibbja. L-appostlu Pawlu qal lil ħutu li jekk jitgħallmu iżjed dwar Ġeħova, kien ħa jgħinhom biex jibqgħu ‘jimxu kif jixraq lil Ġeħova’ u jkomplu ‘jagħtu l-frott f’kull għemil tajjeb.’—Kol. 1:​9, 10. w24.04 14-15 ¶2-4

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Il-Ħadd, 5 taʼ Lulju

“Sadok il-qassis . . . dilek lil Salamun.”—1 Slat. 1:39.

Sadok baqaʼ leali lejn Ġeħova avolja l-Qassis il-Kbir Abjatar għażel li jissapportja lil Adonija, it-tifel taʼ David li ried isir re. David kien ċert li dejjem jistaʼ jafda lil Sadok. Fil-fatt, meta nduna b’dak li pprova jagħmel Adonija, David qabbad lil Sadok, Natan, u Benaja biex jagħmlu lil Salamun re. (1 Slat. 1:​32-34) Peress li Sadok kien ikun maʼ nies leali lejn Ġeħova u David, bħal Natan, żgur li kien inkuraġġit ħafna biex jagħmel dak li hu tajjeb. Meta Salamun sar re, inkariga “lil Sadok il-qassis minflok Abjatar.” (1 Slat. 2:35) X’ħa tagħmel jekk xi ħadd li tħobb ma jibqax leali lejn Ġeħova? Uri lil Ġeħova li se tibqaʼ leali lejh. (Ġoż. 24:15) Hu se jtik il-kuraġġ biex tagħmel dak li hu sew. Itlob lil Ġeħova u kun maʼ nies li huma leali lejh. Hu japprezza ħafna l-lealtà tiegħek u se jbierkek taʼ dak li tagħmel.—2 Sam. 22:26. w24.07 6-7 ¶16-17

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja