Ħabakkuk
3 It-talba tal-profeta Ħabakkuk f’għanja taʼ swied il-qalb:
2 “Ġeħova, jien smajt x’għamilt.
Ġeħova, jien bqajt mistagħġeb b’dan.
Fi żmienna,* erġaʼ agħmel affarijiet tal-għaġeb!
Fi żmienna,* agħmilhom magħrufin.
Jalla tiftakar turi ħniena matul iż-żmien taʼ inkwiet li se ġġib.
Il-qawwa tiegħu mliet is-sema;
L-art imtliet b’nies li jfaħħruh.
4 Id-dija tiegħu kienet bħad-dawl.
Kien hemm żewġ raġġi ħerġin minn idejh,
Fejn il-qawwa tiegħu kienet moħbija.
5 Hu bagħat il-pesta fuq dawk li qegħdin qablu,
U warajh kien hemm deni qawwi.
6 Hu waqaf u heżżeż l-art,
B’ħarsa hu ġiegħel lill-popli jitriegħdu bil-biżaʼ.
Il-muntanji li ilhom jeżistu tfarrku,
U l-għoljiet antiki waqgħu.
Hu jivvjaġġa fit-toroq taʼ żmien twil ilu.
7 Jien rajt l-inkwiet fit-tined taʼ Kusan.
Id-drappijiet tat-tined tal-art taʼ Midjan triegħdu.
8 Ġeħova, jaqaw int irrabjat max-xmajjar?
M’intix kuntent bihom, jew irrabjat ħafna kontra l-baħar?
Għax int irkibt iż-żwiemel tiegħek;
Il-karrijiet tiegħek ħarġu rebbiħin.*
9 Int ħriġt il-qaws tiegħek u lest biex tisparah.
Il-bsaten* huma lesti biex jagħmlu dak li int ħlift.* (Sela)
Int qsamt l-art bix-xmajjar.
10 Meta rawk il-muntanji tgħawġu bl-uġigħ.
Niżlet ħafna xita u għerrqet l-art.
L-ilmijiet fondi għamlu ħoss qawwi.
Dawn għolew ’il fuq.
11 Ix-xemx u l-qamar baqgħu weqfin fil-post għoli tagħhom.
Il-vleġeġ tiegħek ħarġu bħal berqa.
Il-lanza tiegħek kienet tiddi bħal sajjetta.
12 Int immarċjajt fuq l-art b’korla kbira.
Int irfist* lill-popli bir-rabja.
13 Int mort biex issalva lin-nies tiegħek, biex issalva lil dak li għażilt.*
Int qridt lill-kap tad-dar mill-agħar.
Din inkixfet mill-pedament sa fuq nett. (Sela)
14 Il-gwerriera tiegħu stennew biex jattakkaw
Huma kienu jħarsu ’l quddiem b’ferħ kbir biex joqtlu lill-batuti.
Meta l-gwerriera ġew bħal maltempata biex ixerrduna, int qtilt il-gwerriera bl-armi* tagħhom stess.
15 Int għaddejt mill-baħar biż-żwiemel tiegħek,
Int għaddejt minn mewġ kbir.
L-għadam tiegħi ddgħajjef;
Saqajja kienu qed jirtogħdu.
Imma bil-paċenzja jien se nistenna għaż-żmien
Meta dawk li jattakkawna se jesperjenzaw l-inkwiet.
17 Għalkemm is-siġra tat-tin tistaʼ ma tarmix,
U d-dielja jistaʼ ma jkollhiex frott;
Għalkemm is-siġra taż-żebbuġ jistaʼ ma jkollhiex żebbuġ,
U l-għelieqi jistgħu ma jagħmlux ikel;
Għalkemm in-nagħaġ u l-mogħoż jistgħu jisparixxu mill-maqjel,
U jistaʼ ma jkunx hemm baqar fl-istalel;
18 Ngħid għalija, Ġeħova huwa r-raġuni għala nifraħ;
Jien se nkun ferħan minħabba l-Alla li jsalvani.
19 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* hu s-saħħa tiegħi;
Hu se jagħmilli saqajja ħfief bħal dawk taʼ ċerva
U jmexxini minn postijiet għoljin.”
Lid-direttur; bl-istrumenti tal-korda tiegħi.