Mikea
6 Jekk jogħġobkom, isimgħu dak li qed jgħid Ġeħova.
Ejjew u ppreżentaw il-każ legali tagħkom quddiem il-muntanji,
U jalla l-għoljiet jisimgħu leħinkom.
2 Muntanji, isimgħu l-każ legali taʼ Ġeħova,
U intom il-pedamenti sodi tal-art,
Għax Ġeħova għandu każ legali mal-poplu tiegħu;
Hu kontra Iżrael li se jġib l-akkużi:
3 “Poplu tiegħi, x’għamiltilkom jien?
B’liema mod għejjejtkom?
Ixhdu kontrija.
4 Jien ħriġtkom mill-art tal-Eġittu,
Fdejtkom* mill-art fejn kontu lsiera;
Bgħattilkom lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam.
5 Poplu tiegħi, jekk jogħġobkom, ftakru dak li xtaq jagħmel ir-Re Balak taʼ Mowab,
U x’wieġbu Balgħam bin Begħor.
Ftakru x’ġara minn Sittim sa Gilgal,
Ħalli tkunu tafu li Ġeħova jagħmel dak li hu ġust.”
6 Biex se mmur quddiem Ġeħova?
Biex se mmil quddiem l-Alla li hu fis-sema?
Se mmur jien quddiemu bl-offerti sħaħ tal-ħruq,
B’barri żgħir* taʼ sena?
7 Se jieħu pjaċir Ġeħova b’eluf taʼ mtaten
U b’ammont kbir taʼ żejt?
Se nagħti lill-ewwel imwieled tiegħi minħabba r-ribelljoni tiegħi,
Lil ibni stess minħabba d-dnub tiegħi?*
8 Bniedem, Ġeħova qallek dak li hu tajjeb.
Hu x’qed jitlob* minnek?
Hu qed jitlob biss li tagħmel dak li hu ġust,* tgħożż il-lealtà,*
U tgħix b’mod umli* quddiem l-Alla tiegħek!
9 Ġeħova qed jitkellem b’leħen għoli mal-poplu tal-belt;
Dawk li għandhom l-għerf se jirrispettaw ħafna lil ismu.*
Oqogħdu attenti għall-kastig* u għall-wieħed li se jġibu.
10 Għad hemm ġid li nkiseb b’mod diżonest fid-dar tal-ħżiena
U kejl t’efa* bin-nieqes li Alla jobgħod?
13 “Għalhekk, jien se nikkastigakom bl-aħrax;
Nagħmilkom ħerba minħabba d-dnubiet tagħkom.
14 Se tieklu, imma m’intomx se tixbgħu;
Se tibqgħu bil-ġuħ.
Dak li tieħdu magħkom mhux se jirnexxilkom iżżommuh,
U dak li ġġorru se nagħtih lill-għedewwa tagħkom.
15 Se tiżirgħu, imma m’intomx se taħsdu.
Se tgħaffġu ż-żebbuġ, imma mhux se tużaw iż-żejt;
U se tagħmlu nbid ġdid, imma mhu se tixorbu l-ebda nbid.
16 Għax intom tobdu l-liġijiet t’Għomri u timitaw dak li jagħmlu Aħab u l-familja tiegħu,
U tagħmlu skont il-pariri tagħhom.
Hu għalhekk li se nikkastigakom.
In-nies se jibqgħu mistagħġbin bl-affarijiet li se nagħmlilkom.
U l-popli se jxenglu rashom* lejn in-nies taʼ din il-belt u se jmaqdruhom.”