Naħum
1 Messaġġ kontra Ninwe: Il-ktieb tal-viżjoni li rċivejt jien, Naħum* l-Elkosi:
2 Ġeħova hu Alla li jrid li n-nies iqimu lilu biss u li jagħmel vendetta;
Ġeħova jagħmel vendetta u lest li juri r-rabja kbira tiegħu.
Ġeħova jagħmel vendetta kontra l-għedewwa tiegħu,
U hu jibqaʼ rrabjat mal-avversarji tiegħu.
3 Ġeħova ma jirrabjax malajr u għandu qawwa kbira,
Imma Ġeħova bl-ebda mod mhu se jeħles lil dak li jkun mill-kastig li jkun ħaqqu.
Hu juża riħ li jeqred u maltempata,
U s-sħab hu bħal trab taħt saqajh.
4 Hu jikkundanna l-baħar u jnixxfu;
U jnixxef ix-xmajjar kollha.
Il-ħaxix tal-Basan u l-Karmel jinxef,
U anki l-fjuri tal-Libanu.
5 Minħabba fih, il-muntanji jitriegħdu,
U l-għoljiet idubu.
Minħabba l-preżenza tiegħu, l-art se titheżżeż,
Flimkien mad-dinja u dawk kollha li jgħixu fiha.
6 Min jistaʼ jiflaħ għall-korla tiegħu?
U min se jissaporti r-rabja kbira tiegħu?
Id-dagħdigħa tiegħu se tinfirex bħan-nar,
U hu se jfarrak il-blat.
7 Ġeħova hu tajjeb u fortizza fi żmien taʼ inkwiet.
Hu jieħu ħsieb* lil dawk li jduru lejh għall-protezzjoni.
9 X’se tippjanaw kontra Ġeħova?
Hu se jeqridkom għalkollox.
Mhux se jerġaʼ jkollu bżonn jeqred darb’oħra.
11 Minnek* se joħroġ wieħed li jippjana l-ħażen kontra Ġeħova,
U jagħti pariri li ma jiswew għal xejn.
12 Hekk jgħid Ġeħova:
“Għalkemm kienu b’saħħithom u numerużi,
Xorta se jinqerdu u jiġu fix-xejn.*
Ġuda, jien ġegħeltek tbati, imma mhux se nġiegħlek tbati iktar.
13 Jien se nkisser il-madmad minn fuqek,
U se nqaċċat il-ktajjen tiegħek fi tnejn.
14 Dwar l-Assirja, Ġeħova kkmanda,
‘Ismek mhux se jiġi mfakkar iktar.
Jien se neqred l-istatwi skolpiti u l-istatwi tal-metall* mit-tempju* tal-allat tiegħek.
Se nagħmel qabar għalik, għax int ma tiswa għal xejn.’
15 Minn fuq il-muntanji ġej dak b’aħbar tajba,
Dak li jxandar il-paċi.
Ġuda, iċċelebra l-festi tiegħek, agħmel dak li wegħedt,
Għax dak li ma jiswa għal xejn, qatt iktar mhu se jerġaʼ jgħaddi minnek.
Hu se jinqered għalkollox.”