Ħabakkuk
2 Jien se nibqaʼ fil-post tal-għassa tiegħi,
U se noqgħod fuq is-sur tal-belt.
Se noqgħod attent għal dak li se jgħid permezz tiegħi
U x’se nwieġbu meta jikkoreġini.
2 Imbagħad Ġeħova wiġibni:
“Ikteb il-viżjoni u naqqaxha b’mod ċar fuq it-twavel,
Ħalli dak li jaqraha b’leħen għoli jkun jistaʼ jagħmel dan b’mod faċli.*
3 Għax iż-żmien magħżul biex tiġri l-viżjoni għadu ma wasalx,
U dan iż-żmien se jiġi malajr,* u l-viżjoni se tagħti prova li mhix gidba.
Anki jekk iddum,* ibqaʼ stennieha,*
Għax żgur se tiġri.
Mhux se tkun tard!
Imma l-ġust se jgħix minħabba li hu leali.*
5 Fil-fatt, l-inbid jistaʼ jagħmel lil raġel jaġixxi taʼ iblah.
Minħabba f’hekk, l-arroganti mhux se jirnexxi.
Ix-xewqa tiegħu hi kbira bħall-Qabar;*
Hu bħall-mewt u ma jixbax.
Hu jibqaʼ jiġbor lill-ġnus kollha
U jieħu għalih lill-popli kollha.
6 Jaqaw mhux dawn kollha se jwaqqgħuh għaċ-ċajt billi jużaw xi proverbju, rimarka, jew ħaġa moħġaġa?
Huma se jgħidu:
‘Ħażin għal dak li jiġmaʼ dak li mhuwiex tiegħu
U li jkompli jżid id-dejn tiegħu!
Kemm se jdum jibqaʼ sejjer hekk?
7 In-nies li għandek tagħtihom il-flus se jieħdu azzjoni f’daqqa waħda!
Huma se jqumu, iregħduk b’mod vjolenti,
U se jisirqu kulma għandek.
8 Il-kumplament tal-popli se jisirquk,
Għax int sraqt lil ħafna ġnus,
Qtilt lil ħafna nies,
U qridt lil ħafna pajjiżi
Bil-bliet u n-nies tagħhom.
9 Ħażin għal dak li jagħmel qligħ diżonest għall-benefiċċju tal-familja tiegħu,*
Ħalli jagħmel il-bejta tiegħu fl-għoli,
Biex jaħrab mid-diżastru!
10 Dak li ppjanajt umilja l-familja tiegħek.
Billi teqred ħafna popli, int tidneb kontra tiegħek stess.
11 Ġebla se tgħajjat mill-ħajt,
U se jwiġibha travu mis-saqaf tal-injam.
12 Ħażin għal dak li jibni belt billi joqtol lil ħafna nies,
U li jistabbiliha bl-inġustizzja!
13 Jaqaw mhux Ġeħova tal-armati li jġiegħel lill-popli jaħdmu iebes għal dak li jispiċċa fin-nar
U l-ġnus jgħejju lilhom infushom għal xejn?
15 Ħażin għal dak li hu rrabjat u mbaqbaq
U li jagħti xorb alkoħoliku lil sħabu biex jiskru,
Ħalli jkun jistaʼ jarahom għarwenin!
16 Se tkun iddiżonorat ħafna minflok tingħata unur.
Ixrob int ukoll biex tikxef u turi li m’intix ċirkonċiż.*
It-tazza f’id il-leminija taʼ Ġeħova se tiġi għandek ukoll biex tixrob minnha,
U l-mistħija li se jkollok se tkun ikbar mill-unur tiegħek;
17 Bħalma int qridt il-Libanu bil-vjolenza, huma se jeqirduk.
U bħalma int beżżajt u qtilt l-annimali,
In-nies se joqtluk għax int qtilt lil ħafna nies,
U qridt lil ħafna pajjiżi
Bil-bliet u n-nies tagħhom.
18 Kif tistaʼ statwa skolpita li għamilha xi ħadd tgħin persuna?
Kif tistaʼ statwa tal-metall* u għalliem li jgħallem il-gideb
Ikunu taʼ benefiċċju għalik?
L-irġiel tas-sengħa jafdaw fl-affarijiet li jagħmlu,
Imma dawn huma allat li ma jiswew għal xejn u li ma jistgħux jitkellmu.
19 Ħażin għal dak li lil biċċa njama jgħidilha, “Stenbaħ!”
Jew lil ġebla li ma titkellimx jgħidilha, “Qum! Għallimna!”
Dawn huma miksijin bid-deheb u l-fidda,
U ma jiħdux nifs.
20 Imma Ġeħova qiegħed fit-tempju qaddis tiegħu.
Nies kollha tal-art, oqogħdu kwieti quddiemu!’”