Naħum
3 Ħażin għall-belt li toqtol lin-nies!
Hi mimlija għalkollox bil-qerq u bis-serq.
Hi dejjem tikkaċċja u toqtol lin-nies!
2 Tinstemaʼ t-tfaqqigħa tal-frosta u ċ-ċekċik tar-roti,
Hemm żiemel qed jiġri u l-karru qed jaqbeż.
3 Ir-rikkieb fuq iż-żiemel, ix-xabla tleqq, u d-dija tal-lanza,
L-ammont kbir taʼ maqtulin u l-gzuz kbar t’iġsma mejtin,
Hemm ħafna iġsma mejtin kullimkien.
In-nies jibqgħu jitfixklu fihom.
4 Dan minħabba li m’hemmx limitu għall-prostituzzjoni taʼ din il-prostituta,
Hi sabiħa u ħelwa, hi saħħara tas-sengħa
F’li taqbad f’nassa lill-ġnus bil-prostituzzjoni tagħha u lill-popli bis-sħarijiet tagħha.
5 Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien kontrik.*
Jien se ngħolli d-dbielet tiegħek fuq wiċċek;
Se nġiegħel lill-popli jarawk għarwiena,
U lis-saltniet jaraw id-diżunur tiegħek.
7 Kull min jarak se jaħrab minnek u jgħid,
‘Ninwe saret ħerba!
Min se jħoss għaliha?’
Fejn nistaʼ nsib min jistaʼ jfarrġek?
8 Mela int aħjar minn No-amon,* li kienet toqgħod bilqiegħda ħdejn il-kanali tan-Nil?
L-ilmijiet kienu jdawruha;
Il-baħar kien ir-rikkezzi tagħha, u s-sur tagħha kien il-baħar.
9 L-Etjopja kienet is-sors taʼ saħħa bla limitu għaliha, u anki l-Eġittu.
Put u l-Libjani kienu dawk li għenuha.
10 Imma anki No-amon ittieħdet fl-eżilju;
Ittieħdet bħala lsira.
It-tfal tagħha wkoll inqatlu b’mod vjolenti f’kull kantuniera tat-triq.
Huma tefgħu x-xorti biex jieħdu lill-irġiel li jmexxu tagħha,
U l-irġiel importanti tagħha rabtuhom bil-ktajjen.
11 Ninwe, anki int se tisker;
Int se tmur tistaħba.
Se tfittex post taʼ protezzjoni mill-għadu.
12 Il-postijiet iffortifikati kollha tiegħek huma bħas-siġar tat-tin bl-ewwel frott misjur;
Jekk xi ħadd iċaqlaqhom, il-frott tagħhom jaqaʼ għand dawk li jibilgħuh.
13 Is-suldati tiegħek huma bħal nisa f’nofsok.
Il-bibien tal-pajjiż tiegħek se jkunu miftuħin beraħ għall-għedewwa tiegħek.
In-nar se jaħraq għalkollox l-istaneg tal-bibien tiegħek.
14 Tellaʼ l-ilma għal meta jassedjawk!
Saħħaħ il-postijiet iffortifikati tiegħek!
Idħol fit-tajn u għaffeġ fit-tafal;
U agħmel il-briks.
15 Anki hemm se tinħaraq bin-nar.
Se tiġi maqtul bix-xabla.
Int se tispiċċa fix-xejn bħall-ħaxix li jittiekel mill-ġurati.
In-nies tiegħek ħa jkunu daqs il-ġurati!
Iva, ħa jkunu ħafna daqs il-ġurati!
16 Int żidt ħafna l-merkanti tiegħek, iktar mill-istilel tas-sema.
Il-ġurat se jbiddel il-ġilda tiegħu u jtir ’l hemm.
17 L-għassiesa tiegħek huma bħall-ġurati,
U l-uffiċjali tiegħek bħal qatgħa ġurati.
Huma jikkampjaw fi mqawel tal-ġebel f’ġurnata kiesħa.
Imma meta toħroġ ix-xemx, itiru ’l hemm;
U ħadd ma jkun jaf fejn huma.
18 Re tal-Assirja, ir-ragħajja tiegħek huma bi ngħas;
In-nies importanti tiegħek jibqgħu fir-residenzi tagħhom.
In-nies tiegħek huma mxerrdin fuq il-muntanji,
U m’hemm ħadd li qed jiġborhom flimkien.
19 M’hemmx serħan mid-diżastru tiegħek.
Il-ferita tiegħek ma tistax tfiq.
Dawk kollha li jisimgħu xi ġralek, iċapċpu bil-ferħ;
Min ma batiex minħabba l-ħruxija kontinwa tiegħek?”