Faraġ f’Waqtu
Ħafna nies għandhom bżonn il-faraġ f’dan iż-żmien kritiku, speċjalment meta jitilfu lil xi maħbub fil-mewt. Waħda mara sofriet żewġt imwiet wara xulxin taʼ ommha u tat-tarbija tagħha f’korriment. Hi kitbet lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Jehovah fil-Messiku: “L-akbar faraġ li ħadt kien meta rċivejt il-browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Veru kienet informazzjoni prezzjuża li ġiet f’waqtha. Grazzi taʼ kemm turu mħabba Kristjana u taʼ kemm tħabirku biex tipproduċu pubblikazzjonijiet Bibliċi bħal dawn.”
Hi ħassitha speċjalment imfarrġa minħabba l-iskritturi kwotati fil-browxer. Per eżempju, l-1 Korintin 15:26 jgħid: “L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt.” Forsi int jew xi ħadd li taf, ukoll se jħossu mfarraġ meta jaqra dan il-browxer taʼ 32 paġna. Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut jikkunsidra suġġetti bħal “Kif Nistaʼ Ngħix Bin-Niket Tiegħi?,” “Oħrajn Kif Jistgħu Jgħinu?,” u “Tama Ċerta Għall-Mejtin.”
Tistaʼ titlob kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieq nirċievi kopja tal-browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.