LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bh p. 221-p. 222 para. 2
  • Ġesù f’Diċembru Twieled?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù f’Diċembru Twieled?
  • Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Materjal Simili
  • Ġesù
    Stenbaħ!—2013
  • It-twelid taʼ Ġesù—Fejn u meta?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • It-Twelid taʼ Ġesù—Fejn u Meta?
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Twieled Ġesù fil-Borra?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
bh p. 221-p. 222 para. 2

APPENDIĊI

Ġesù f’Diċembru Twieled?

IL-BIBBJA ma tgħidilniex meta twieled Ġesù. Madankollu, tagħtina raġuni valida għala nistgħu nikkonkludu li t-twelid tiegħu ma seħħx f’Diċembru.

Ikkunsidra l-kundizzjonijiet tat-temp f’dak iż-żmien tas-sena ġewwa Betlehem, fejn twieled Ġesù.

Ix-xahar Lhudi taʼ Ċislev (li jikkorrispondi għal Novembru/Diċembru) kien xahar taʼ temp kiesaħ u xita. Ix-xahar taʼ wara kien jismu Tebet (Diċembru/Jannar). F’dan ix-xahar kien ikun hemm l-iktar temperaturi baxxi tas-sena u kultant kienet tinżel il-borra fuq il-muntanji. Ejja naraw x’tgħidilna l-Bibbja dwar il-klima taʼ dak ir-reġjun.

Esdra, wieħed mill-kittieba tal-Bibbja, juri li Ċislev kien tabilħaqq xahar magħruf għat-temp kiesaħ u għax-xita. Wara li qal li nġemgħet folla f’Ġerusalemm “fl-għoxrin tad-disaʼ xahar [Ċislev],” Esdra jirrapporta li n-nies kienu qed ‘jirtogħdu . . . minħabba x-xita li kienet nieżla.’ Dwar il-kundizzjonijiet tat-temp f’dak iż-żmien tas-sena, il-folla miġbura nfisha qalet: “Billi hu żmien ix-xita ma nifilħux noqogħdu barra.” (Esdra 10:9, 13; Ġeremija 36:22) Mela ma niskantawx li r-rgħajja li kienu joqogħdu f’dawk l-inħawi kienu jaċċertaw ruħhom li huma u l-imrieħel tagħhom ma jkunux barra bil-lejl meta jkun wasal Diċembru!

Madankollu, il-Bibbja tirrapporta li fil-lejl meta twieled Ġesù, ir-rgħajja kienu fl-għelieqi jindokraw l-imrieħel tagħhom. Fil-fatt, Luqa, wieħed mill-kittieba tal-Bibbja, juri li dak iż-żmien, ir-rgħajja “kienu jgħixu barra, għassa bil-lejl mal-merħliet tagħhom” viċin Betlehem. (Luqa 2:8-12) Innota li r-rgħajja kienu attwalment jgħixu barra, mhux biss jimxu barra matul il-ġurnata. Huma kellhom l-imrieħel tagħhom barra bil-lejl. Hija din id-deskrizzjoni taʼ rgħajja li jgħixu barra addattata għall-kundizzjonijiet taʼ temp kiesaħ u bix-xita li jkun hemm Betlehem f’Diċembru? Le, m’hijiex. Għalhekk, il-kundizzjonijiet fi żmien it-twelid taʼ Ġesù jindikaw li hu ma twilidx f’Diċembru.a

Meta twieled Ġesù, ir-rgħajja u l-imrieħel tagħhom kienu fl-għelieqi bil-lejl

Il-Kelma t’Alla tgħidilna preċiżament meta miet Ġesù, imma ftit li xejn tagħti indikazzjoni diretta dwar meta twieled. Dan ifakkarna fi kliem is-Sultan Salamun: “Aħjar fama tajba miż-żejt prezzjuż, aħjar jum il-mewt minn jum it-twelid.” (Koħèlet 7:1) Mhux taʼ b’xejn, mela, li l-Bibbja tipprovdi ħafna dettalji dwar il-ministeru u l-mewt taʼ Ġesù imma ftit dettalji biss dwar iż-żmien meta twieled.

a Għal iktar informazzjoni, ara paġni 176-9 tal-ktieb Reasoning From the Scriptures, pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja