LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lv p. 3
  • Daħla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Daħla
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Materjal Simili
  • Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • ‘Komplu Mexjin fil-Verità’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Jien se nimxi fil-verità tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
“Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
lv p. 3

Daħla

Għażiż Qarrej li Tħobb lil Ġeħova:

“Tkunu tafu l-verità, u l-verità teħliskom,” qal Ġesù. (Ġwanni 8:32) Kemm hu inkuraġġanti dan il-kliem! Iva, huwa possibbli li tkun taf il-verità, saħansitra f’dawn “l-aħħar jiem” kritiċi meta l-gideb u n-nuqqas taʼ verità dejjem qed jiżdiedu. (2 Timotju 3:1) Tiftakar meta għall-ewwel darba aċċettajt il-verità bħalma hi spjegata fil-Kelma t’Alla? X’esperjenza eċċitanti kienet din!

Madankollu, bħalma hu importanti li nieħdu għarfien eżatt dwar il-verità u li jkollna sehem regulari f’li ngħidu lil oħrajn dwarha, hekk ukoll irridu nġibu ruħna fi qbil mal-verità. Biex nagħmlu dan, irridu nżommu ruħna fl-imħabba t’Alla. Dan x’jinvolvi? Il-kliem taʼ Ġesù fil-lejl taʼ qabel mewtu jwieġeb din il-mistoqsija. Hu qal lill-appostli leali tiegħu: “Jekk tosservaw il-kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-kmandamenti tal-Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.”—Ġwanni 15:10.

Innota li Ġesù baqaʼ fl-imħabba t’Alla billi osserva l-kmandamenti taʼ Missieru. L-istess japplika għalina llum. Biex nibqgħu fl-imħabba t’Alla, irridu naġixxu fi qbil mal-verità fil-ħajja tagħna taʼ kuljum. F’dik l-istess lejla, Ġesù qal: “Jekk tafu dan, henjin intom jekk tagħmluh.”—Ġwanni 13:17.

Hija t-tama sinċiera tagħna li din il-pubblikazzjoni tgħinek biex tkompli tapplika l-verità f’ħajtek, u b’hekk iżżomm ruħek ‘fl-imħabba t’Alla bil-ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejk.’—Ġuda 21.

Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja