LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 8/1 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jgħid Profezija li Teffettwa lid-Dinja Kollha
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • L-appostli jistaqsu għal sinjal
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Il-​Verità dwar il-​Missier, l-​Iben, u l-​Ispirtu Qaddis
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 8/1 p. 32

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Jaf Ġesù issa meta ġejja Armageddon?

Jidher li huwa ferm raġonevoli li nemmnu li jaf.

Xi wħud għandhom mnejn iberrnu f’moħħhom għala biss għandha tqum din il-​mistoqsija. X’aktarx li dan huwa minħabba l-​kumment taʼ Ġesù misjub f’Mattew 24:36: “Dwar dak il-​jum, u s-​siegħa ħadd ma jaf meta se jaslu, anqas l-​anġli tas-​sema, u anqas l-​Iben; ħadd ħlief il-​Missier waħdu.” Innota l-​frażi “anqas l-​Iben.”

Dan il-​vers huwa parti mit-​tweġiba taʼ Ġesù għall-​mistoqsija taʼ l-​appostli tiegħu: “Dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-​sinjal tal-​miġja tiegħek u taʼ tmiem id-​dinja?” (Mattew 24:3) Fil-​profezija tiegħu li issa hija famuża dwar evidenzi li jifformaw “is-​sinjal,” hu bassar gwerer, ġuħ, terremoti, persekuzzjoni tal-​veri Kristjani, u affarijiet oħrajn fuq l-​art li kellhom jindikaw il-​preżenza tiegħu. Permezz taʼ dan is-​sinjal is-​segwaċi tiegħu setgħu jagħrfu li t-​tmiem kien qrib. Hu xebbah din il-​viċinanza maż-​żmien meta siġra tat-​tin tibda toħroġ il-​weraq, li jindika li s-​sajf kien qrib. Hu żied: “Hekk ukoll meta taraw dan kollu, kunu afu li hu fil-​qrib, fil-​bieb.”—Mattew 24:33.

Imma Ġesù ma qalx preċiżament meta kellu jiġi t-​tmiem. Minflok, hu stqarr dak li naqraw f’Mattew 24:36. Hekk hemm miktub fil-​Bibbja taʼ l-​Għaqda Biblika Maltija, u ħafna Bibbji moderni jgħidu xi ħaġa simili. Madankollu, xi verżjonijiet qodma ma jgħidux “anqas l-​Iben.”

Per eżempju, il-​Bibbja taʼ Karm Żammit tgħid: “Imma dak il-​jum u dik is-​siegħa ma jafhom ebda bniedem, le, lanqas l-​anġli tas-​sema, ħlief Missieri waħdu.” Id-​Douay Version Kattolika tgħid xi ħaġa simili. Għala hija l-​frażi “anqas [jew, la] l-​Iben” imħollija barra, għalkemm tinstab f’Mark 13:32? Għaliex lura fil-​bidu tas-​seklu 17 meta ġew imħejjijin dawk iż-​żewġ verżjonijiet, il-​manuskritti li t-​tradutturi ħadmu fuqhom ma kienx fihom l-​espressjoni. Sadattant, iżda, ġew skoperti ħafna manuskritti Griegi iktar qodma. Dawn, li huma bil-​wisq eqreb taʼ żmien it-​test oriġinali taʼ Mattew, fihom “anqas l-​Iben” f’Mattew 24:36.

Interessanti li l-​Jerusalem Bible Kattolika tinkludi l-​frażi, b’nota taʼ taħt li tgħid li l-​Latin Vulgate ħalliet din l-​espressjoni barra “probabbilment għal raġunijiet teoloġiċi.” Dażgur! It-​tradutturi jew kopjisti li kienu jemmnu bit-​Trinità għandu mnejn ġiethom it-​tentazzjoni biex iħallu barra frażi li indikat li Ġesù kien nieqes minn xi għarfien li Missieru kellu. Kif setaʼ Ġesù ma jkunx jaf ċertu fatt ladarba kemm hu u kemm missieru kienu parti minn Alla taʼ bi tlieta?

B’mod simili, A Textual Commentary on the Greek New Testament, minn B. M. Metzger jgħid: “Il-​kliem ‘la l-​Iben’ huma neqsin mill-​maġġoranza tax-​xiehda [manuskritt] taʼ Mattew, inkluż it-​test Biżantin l-​iktar riċenti. Mill-​banda l-​oħra, l-​aqwa rappreżentanti tat-​tipi taʼ testi Alessandrini, tal-​Punent, u Ċesarjani fihom din il-​frażi. It-​tħollija barra tal-​kliem minħabba d-​diffikultà duttrinali li joħolqu hija iktar probabbli milli li wieħed jassumi li dawn ġew miżjudin” f’Mark 13:32.​—Korsiv tagħna.

Dawk l-​“aqwa rappreżentanti” taʼ manuskritti iktar bikrin jappoġġjaw il-​qari li jippreżenta sekwenza raġonevoli fejn jidħol l-​għarfien. L-​anġli ma kinux jafu s-​siegħa tat-​tmiem; anqas l-​Iben; imma l-​Missier biss. U dan huwa konsistenti mal-​kliem taʼ Ġesù misjub f’Mattew 20:23, fejn ammetta li hu ma kellux awtorità biex jagħti postijiet prominenti fis-​Saltna, imma l-​Missier kellu.

Għalhekk, il-​kliem taʼ Ġesù stess juri li fuq l-​art ma kienx jaf id-​data għal “tmiem id-​dinja.” Sar hu jafha minn dak in-​nhar ’l hawn?

Apokalissi 6:2 jiddeskrivi lil Ġesù bħala li qiegħed bil-​qiegħda fuq żiemel abjad u għaddej “rebbieħ, biex ikompli jirbaħ.” Imbagħad naraw rikkieba taż-​żwiemel li jirrappreżentaw gwerer, ġuħ, u kastigi, bħalma ġarrabna mindu bdiet l-​Ewwel Gwerra Dinjija fl-​1914. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li fl-​1914, Ġesù ġie mogħti t-​tron bħala Sultan tas-​Saltna tas-​sema t’Alla, il-​wieħed li għandu jmexxi l-​battalja li ġejja kontra l-​ħażen fuq l-​art. (Apokalissi 6:3-8; 19:11-16) Ladarba Ġesù issa ġie mogħti l-​qawwa biex jikkonkwista f’isem Alla, jidher raġonevoli li Missieru qallu meta ġej it-​tmiem, meta hu se ‘jkompli jirbaħ.’

Aħna hawn fuq l-​art ma ġejniex mogħtijin dik id-​data, għalhekk għadu japplika għalina l-​kliem taʼ Ġesù: “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-​waqt. . . . Dak li qiegħed ingħid lilkom, qiegħed ingħidu għal kulħadd: ishru!”—Mark 13:33-37. (w96 8/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja