LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 11/1 p. 29
  • Wieħed li Darba Kien Jopponi, Jaċċetta l-Verità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Wieħed li Darba Kien Jopponi, Jaċċetta l-Verità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Tgħallem minn Ħu Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Għandek Ordni Speċifika tar-Rivisti?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Ir-Rivisti Jħabbru s-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Uża r-Rivisti fil-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 11/1 p. 29

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

Wieħed li Darba Kien Jopponi, Jaċċetta l-​Verità

ĦAFNA affarijiet ġew irrapportati fl-​aħbarijiet rigward il-​gwerra ċivili fil-​Liberja. Għaxriet t’eluf tilfu ħajjithom, u saħansitra iktar minn hekk ġew eżiljati. Minkejja dawn it-​tbatijiet, nies taʼ qalb onesta jibqgħu jħaddnu l-​verità, bħalma turina l-​esperjenza li ġejja.

Sa minn meta kellu għaxar snin, James ġie edukat mill-​Knisja Luterana. Wara li sar editur taʼ gazzetta tal-​knisja, hu uża l-​pożizzjoni tiegħu biex jikteb kontra x-​Xhieda taʼ Jehovah. Dan minkejja l-​fatt li qatt ma kien iltaqaʼ maʼ xi ħadd minnhom.

Maż-żmien, James ħalla l-​gazzetta tal-​knisja u rnexxa bħala sid taʼ motel. Jum wieħed meta kien qiegħed bil-​qiegħda fejn jilqgħu lin-​nies fil-​motel tiegħu, marru fuqu żewġ Xhieda lebsin pulit. Hekk kif ra l-​ilbies pulit tagħhom, stedinhom ġewwa. Imma meta spjegawlu l-​għan taż-​żjara tagħhom, hu qalilhom, “Għandi ħafna x’nagħmel biex noqgħod nitkellem magħkom.” Ix-​Xhieda offrewlu abbonamenti għar-​rivisti t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!, u hu aċċettahom sempliċement biex jeħles minnhom. Għal 12-il xahar baqaʼ jirċievi r-​rivisti d-​dar, imma kien ipoġġihom ġo basket tal-​plastik mingħajr ma jiftaħhom.

Kienet għaddejja gwerra ċivili qalila, u għalhekk James lesta basket bil-​flus u b’affarijiet taʼ valur biex maʼ l-​ewwel sinjal taʼ attakk ikun jistaʼ jaħrab. Għodwa waħda splodiet grenejd quddiem il-​bieb taʼ wara tad-​dar tiegħu, u fil-​paniku ħataf il-​basket tiegħu u ħarab. Waqt li ngħaqad maʼ eluf taʼ pajżani li kienu qed jirtiraw, hu kellu jgħaddi minn diversi postijiet taʼ identifikazzjoni. Hemmhekk, taʼ spiss lil xi pajżani innoċenti kienu jisirquhom u joqtluhom għall-​ebda raġuni valida.

Fl-ewwel post taʼ identifikazzjoni, James ġie mistoqsi ftit mistoqsijiet u mbagħad qalulu biex jiftaħ il-​basket tiegħu. Hekk kif fetħu, ħares ġol-​basket tiegħu u ma setax jemmen lil għajnejh. Stagħġeb mhux ftit meta ra li l-​basket li kien ġab miegħu ma kienx dak li kien fih l-​affarijiet taʼ valur tiegħu. Fil-​paniku, kien qabad il-​basket li kien fih ir-​rivisti magħluqin kollha tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Madankollu, meta s-​suldat ra r-​rivisti u qara ismu fuq it-​tikketti, qallu: “Ara, int wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Aħna mhux qed infittxu lilkom, nafu li ma tigdbux.” Wara li ħareġ ftit rivisti mill-​basket, is-​suldat qal lil James biex jibqaʼ għaddej.

L-istess ħaġa ġrat f’disaʼ postijiet differenti taʼ identifikazzjoni, peress li l-​kmandanti kollha ħasbu li James kien wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah ħallewh jgħaddi mingħajr m’għamlulu xejn. James issa kien grat li ma kienx ġab l-​affarijiet taʼ valur tiegħu għax minn dak li kien ra, setaʼ faċilment jinqatel għal dak li kien jippossiedi.

Meta finalment wasal fl-​aħħar post taʼ identifikazzjoni u l-​iktar wieħed tal-​biżaʼ, tkexkex meta ra diversi iġsma mejtin imferrxin maʼ l-​art. Imwerwer, hu sejjaħ isem Jehovah. Hu talab li jekk Alla jeħilsu minn dan il-​lok taʼ qtil, hu kien se jaqdih għall-​bqija taʼ ħajtu.

James wera l-​basket tiegħu lis-​suldati, u għal darb’oħra qalu: “Aħna mhux lil dawn in-​nies qed infittxu.” Reġgħu daru fuqu u qalulu: “Wieħed minn ħutek jgħix iktar ’l isfel f’din l-​għolja. Mur u oqgħod miegħu.” Sadanittant, l-​opinjoni taʼ James dwar ix-​Xhieda kienet inbidlet kompletament. Immedjatament ikkuntattja lil dan il-​ħu, u saru arranġamenti għal studju tal-​Bibbja minn fuq il-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.a

Ftit jiem wara, ġie mġiegħel jaħrab minn dawk l-​inħawi minħabba attakk. Din id-​darba, James ħarab lejn il-​bosk u f’idu kellu biss il-​ktieb tiegħu Tgħix Għal Dejjem! Matul il-​ħdax-il xahar taʼ iżolament mix-​Xhieda, hu studja l-​ktieb tiegħu ħames darbiet. Meta fl-​aħħarnett setaʼ jmur lura lejn il-​belt, reġaʼ beda l-​istudju tiegħu tal-​Bibbja max-​Xhieda u malajr għamel progress. Ftit żmien wara, hu tgħammed, u issa jaqdi lealment maʼ ħutu spiritwali.

[Noti taʼ taħt]

a Ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja