LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/15 p. 29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • Taqtgħux Qalbkom fit-Tiġrija għall-Ħajja!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Attenti Minn Nuqqas taʼ Fidi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Ittra li Tistaʼ Tgħinna Nibqgħu Leali sal-Aħħar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Qis b’Mod Xieraq il-Valur tar-Rigal tal-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/15 p. 29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Xi jfisser il-​kumment li nsibu f’Lhud 12:4: “Għad ma żammejtux hekk iebes li wasaltu biex xerridtu demmkom”?

Il-​frażi “ma żammejtux hekk iebes li wasaltu biex xerridtu demmkom” timplika li wieħed jasal sal-​punt estrem li jmut, letteralment li jasal biex iħalli ħajtu.

L-appostlu Pawlu kien jaf li l-​fidi li kellhom xi Kristjani Lhud kienet diġà għenithom ‘iġarrbu bis-​sabar taqbida ħarxa.’ (Lhud 10:​32, 33) Meta Pawlu kien qed joħroġ dan il-​punt, x’aktarx li kien qed juża tixbiha dwar wieħed li qed jissara biex jirbaħ f’xi kompetizzjoni Griega taʼ l-​atletika. Din setgħet kienet tinkludi tlielaq, lotta, boxing, u t-​tfigħ tad-​diskus u l-​lanza. Fi qbil maʼ dan, f’Lhud 12:1 (KŻ), hu ħeġġeġ lil sħabu l-​Kristjani: “Ħa nwarrbu kull tagħbija, u d-​dnub li tant malajr ifixkilna, u ħa niġru bis-​sabar il-​ġirja li għandna quddiemna.”—Korsiv tagħna.

Tliet versi wara, f’Lhud 12:​4, Pawlu donnu jbiddel it-​tixbiha minn dik taʼ tellieqa għal kompetizzjoni tal-​boxing. (Kemm il-​ġerrejja u kemm il-​ġellieda jissemmew fl-​1 Korintin 9:26.) Fl-​antik, il-​ġellieda tal-​boxing kienu jinfaxxaw il-​ponn u l-​polz taʼ idejhom bi strixxi tal-​ġilda. Dawn l-​istrixxi ġieli kien ikollhom bħal taċċi taċ-​ċomb, ħadid, jew metall, u kienu jikkaġunaw feriti gravi fuq il-​ġellieda. Dan il-​logħob kiefer kien imdemmi, u xi drabi saħansitra kien hemm min jitlef ħajtu.

Mill-banda l-​oħra, il-​Kristjani Lhud diġà kellhom l-​eżempji taʼ qaddejja leali t’Alla li kienu għaddew minn persekuzzjoni u abbuż kiefer, u li saħansitra mietu, ‘waslu biex xerrdu demmhom.’ Innota l-​kuntest fejn Pawlu jsemmi minn xiex għaddew qaddejja leali tal-​qedem:

“Kienu mħaġġra, [“imġarrbin,” KŻ], mħanxra minn nofshom, maqtula bis-​sejf; ħarġu jiġġerrew imlibbsin bi ġlud tan-​nagħaġ u tal-​mogħoż, neqsin minn kollox, mħabbtin u maħqurin.” Wara dan, Pawlu ġibed l-​attenzjoni lejn il-​Perfezzjonatur tal-​fidi tagħna, Ġesù: “Hu . . . qagħad [“għall-​għuda tat-​tortura,” NW] bla xejn ma qies l-​għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-​naħa tal-​lemin tat-​tron taʼ Alla.”—Lhud 11:37; 12:2.

Iva, ħafna ‘waslu biex xerrdu demmhom,’ jiġifieri, waslu biex mietu. Il-​ġlieda tagħhom ma kinitx sempliċi taqbida ġewwa fihom kontra d-​dnub taʼ nuqqas taʼ fidi. Huma baqgħu leali minkejja abbużi ħorox esterni, u baqgħu jżommu l-​lealtà tagħhom sal-​mewt.

Uħud li kienu ġodda fil-​kongregazzjoni taʼ Ġerusalemm, li x’aktarx kienu saru Kristjani wara li kienet taffiet il-​persekuzzjoni ħarxa li kien hemm, qatt ma kienu għadhom iffaċċjaw provi kbar bħal dawn. (Atti 7:​54-60; 12:​1, 2; Lhud 13:7) Iżda, saħansitra provi ferm inqas ħorox kienu qed jiskuraġġixxu lil xi wħud minnhom biex ma jkomplux fit-​taqbida; dawn kienu qed ‘jgħejjew u jaqtgħu qalbhom.’ (Lhud 12:3) Kellhom bżonn ikomplu jagħmlu progress u jsiru maturi. Dan kien se jgħinhom biex isiru iktar kapaċi jissaportu dak kollu li setaʼ jinqalaʼ, saħansitra jekk dan kien jinkludi abbuż fiżiku sal-​punt li jkollhom ixerrdu demmhom.—Lhud 6:1; 12:​7-11.

Bosta Kristjani fi żmienna diġà ‘żammew iebes u waslu biex xerrdu demmhom,’ billi nqatlu għaliex ma ridux jikkompromettu l-​fidi Kristjana tagħhom. Minflok ma noqogħdu nitwerwru minħabba l-​kliem taʼ Pawlu f’Lhud 12:​4, aħna nistgħu niħduh bħala li qed jurina sa fejn aħna determinati li naslu biex nibqgħu leali lejn Alla. Iktar ’il quddiem fl-​istess ittra lil-​Lhud, Pawlu kiteb: “Ejjew inkomplu jkollna qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu b’mod aċċettabbli nagħtu lil Alla servizz sagru bil-​biżaʼ minn Alla u riverenza profonda.”—Lhud 12:​28, NW.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja