LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 1/15 p. 32
  • ‘Alla Ma Joqgħodx f’Tempji Maħduma bl-Idejn’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Alla Ma Joqgħodx f’Tempji Maħduma bl-Idejn’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 1/15 p. 32

‘Alla Ma Joqgħodx f’Tempji Maħduma bl-​Idejn’

BLA DUBJU, l-​appostlu Pawlu kien familjari mat-​tempji t’Atena, għax dawn kienu f’ħafna mill-​bliet li hu żar matul il-​vjaġġi missjunarji tiegħu. Skond The Encyclopædia Britannica, Atena kienet magħrufa bħala alla mhux biss tal-​gwerra u l-​għerf imma wkoll “taʼ snajjaʼ u passatempi oħra in ġenerali fi żmien il-​paċi.”

L-iktar tempju famuż t’Atena kien il-​Partenon, mibni f’Ateni, il-​belt imsemmija għal din l-​alla mara. Il-​Partenon hu meqjus bħala wieħed mill-​aqwa tempji tad-​dinja l-​antika, u fih kien hemm statwa t’Atena magħmula mid-​deheb u l-​avorju u li kienet twila 12-il metru. Meta Pawlu żar Ateni, dan it-​tempju magħmul minn irħam abjad kien ilu meqjus bħala l-​iktar bini importanti tal-​belt għal madwar 500 sena.

Pawlu setaʼ jara l-​Partenon meta kien qed jippriedka lil grupp t’Atenjani dwar l-​‘Alla li ma joqgħodx f’tempji maħduma bl-​idejn.’ (Atti 17:23, 24) Forsi l-​maestà tat-​tempji t’Atena jew il-​ġmiel taʼ l-​idoli tagħha ġagħluha tidher iktar impressjonanti għal xi wħud mis-​semmiegħa taʼ Pawlu milli xi Alla li ma jidhirx u li ma kinux jafuh. Madankollu, bħalma wera Pawlu ħadd ma kellu jimmaġina li l-​Ħallieq taʼ l-​umanità “jixbah lid-​deheb jew lill-​fidda jew lill-​ħaġar, qisu xbieha ġejja minn . . . bniedem.”—Atti 17:29.

Allat bħal Atena—li l-​glorja tagħhom kienet tiddependi mit-​tempji u l-​istatwi—ġew u marru. L-​istatwa t’Atena sparixxiet mill-​Partenon fil-​ħames seklu E.K., u l-​fdalijiet taʼ ftit mit-​tempji tagħha biss għadhom jeżistu. Min illum ifittex lil Atena għall-​għerf u l-​gwida?

Kemm hu differenti Jehovah, “Alla taʼ dejjem” li ebda bniedem qatt ma rah! (Rumani 16:26; 1 Ġwanni 4:12) Ulied Koraħ kitbu: “Dan hu Alla! Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Hu jmexxina.” (Salm 48:15 [48:14, NW]) Mod wieħed kif nistgħu ngawdu l-​gwida t’Alla hu billi nistudjaw il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, u napplikaw il-​parir tagħha f’ħajjitna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja