LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 2/15 p. 32
  • Min Se Jitmaʼ lid-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Se Jitmaʼ lid-Dinja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 2/15 p. 32

Min Se Jitmaʼ lid-​Dinja?

SKOND il-​kalkoli tal-​Programm għall-​Ikel fid-​Dinja, aġenzija tal-​Ġnus Magħquda li tiġġieled kontra l-​ġuħ, 800 miljun persuna—ħafna minnhom tfal—jinsabu mġewħin. Dan l-​aħħar, din l-​aġenzija qalet li ħafna ġnus żviluppati setgħu użaw ir-​riżorsi u tefgħu l-​attenzjoni tagħhom fuq din is-​sitwazzjoni imma minflok kienu preokkupati bi problemi oħra, bħalma hu t-​terroriżmu. Il-​problema kibret minħabba li l-​mard li jittieħed qed jinfirex. Ir-​rapport taʼ l-​aġenzija, Global School Feeding Report, qal dwar dawk il-​pajjiżi Afrikani fejn l-​AIDS hija mifruxa li ġenerazzjoni sħiħa taʼ ġenituri qed tmut minħabba fiha. It-​tfal li jħallu warajhom qed jitħallew ifendu għal rashom, u ħafna minnhom m’għandhom la l-​għarfien bażiku dwar il-​biedja u lanqas jafu kif jgħixu l-​ħajja taʼ kuljum li s-​soltu jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-Programm għall-​Ikel fid-​Dinja qed jippromwovi proġett li jimmira lejn li jservi minn taʼ l-​inqas ikla kuljum fl-​iskejjel. L-​idea hi li mhux biss jonqos il-​ġuħ imma wkoll biex permezz t’edukazzjoni regulari jinbdew programmi oħra biex jonqsu l-​każi taʼ l-​HIV u l-​AIDS fost iż-​żgħażagħ.

Fil-pajjiżi fejn inbeda dan il-​proġett, it-​tfal qed jirċievu ikel, taħriġ dwar l-​indafa persunali, u għajnuna oħra. Intqal ukoll li fejn l-​imġiba tinbidel, ir-​rati taʼ infezzjonijiet taʼ l-​HIV u l-​AIDS jonqsu.

B’sogħba, ħafna drabi r-​riżultati taʼ l-​isforzi tal-​bniedem huma fuq skala żgħira u ma jagħmlux ħafna effett. Imma l-​Bibbja tagħmel wegħda taʼ faraġ rigward is-​soluzzjoni permanenti għall-​problema tal-​ġuħ. “Ikun kotran il-​qamħ fuq l-​art,” jgħid Salm 72:16. Taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla, in-​nies ikunu jistgħu jgħidu dwar Alla Ġeħova: “Inti żżur l-​art u ssaqqiha . . . Il-​qamħ tagħhom ħejjejtilhom. Hekk int tħejjiha.”​—Salm 65:​10, 11 (65:​9, NW).

[Sors tal-​Istampa f’paġna 32]

WFP/Y. Yuge

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja