LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 3/15 p. 31
  • ‘Bħal Ħaġra Prezzjuża taʼ Lewn Aħmar’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Bħal Ħaġra Prezzjuża taʼ Lewn Aħmar’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 3/15 p. 31

‘Bħal Ħaġra Prezzjuża taʼ Lewn Aħmar’

L-​APPOSTLU Ġwanni kellu viżjoni taʼ tron glorjuż fis-​sema. Dak bil-​qiegħda fuq it-​tron kien jidher “bħal ħaġra tad-​djaspru.” Hu kien ukoll bħal “ħaġra prezzjuża taʼ lewn aħmar.” (Rivelazzjoni 4:​2, 3) X’ħaġar kien dan?

Dan ma kienx ħaġar skur bil-​wiċċ li jleqq. Fi żmien il-​qedem, il-​kelma Griega tradotta “djaspru” kienet tintuża biex tirreferi għal ħaġar taʼ kuluri differenti, inkluż il-​ħaġar prezzjuż li jkun trasparenti. Il-​“ħaġra tad-​djaspru” f’Rivelazzjoni 4:3 “żgur li [ma kinitx] id-​djaspru rħis li nsibu llum,” jgħid A. T. Robertson f’Word Pictures in the New Testament. Barra minn hekk, iktar tard fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni, Ġwanni jiddeskrivi l-​belt tas-​sema, Ġerusalemm, billi jgħid: “Id-​dija tagħha kienet bħal ħaġra l-​iktar prezzjuża, bħal ħaġra tad-​djaspru tleqq daqs il-​kristall.” (Rivelazzjoni 21:​10, 11) Il-​ħaġar li Ġwanni jirreferi għalih milli jidher kien ċar b’tali mod li jgħaddi d-​dawl minnu.

Dak rappreżentat bħala li hu bil-​qiegħda fuq it-​tron fil-​viżjoni taʼ Ġwanni hu l-​iktar Persuna glorjuża fl-​univers, Alla Ġeħova. Hu pur u qaddis sa l-​ogħla grad possibbli. Fi qbil maʼ dan, l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Alla hu dawl u m’hemm ebda dlam fih.” (1 Ġwanni 1:5) Għalhekk, Ġwanni ħeġġeġ lil sħabu fit-​twemmin biex ‘jippurifikaw lilhom infushom, bħalma Ġeħova hu pur.’​—1 Ġwanni 3:3.

Xi rridu nagħmlu biex Alla jqisna puri? Huwa assolutament neċessarju li jkollna fidi fid-​demm imxerred taʼ Kristu biex jinħafrulna dnubietna. Irridu wkoll nibqgħu “nimxu fid-​dawl” billi regolarment nistudjaw il-​Bibbja u ngħixu fi qbil mat-​tagħlim tagħha.​—1 Ġwanni 1:7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja