LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 6/15 p. 32
  • “Persegwitat Minħabba l-Fidi Tiegħu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Persegwitat Minħabba l-Fidi Tiegħu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 6/15 p. 32

“Persegwitat Minħabba l-​Fidi Tiegħu”

FIR-​RAĦAL taʼ Cernobbio fit-​tramuntana taʼ l-​Italja twaqqaf monument fi ġnien lokali sabiex ifakkar il-​vittmi li d-​drittijiet tagħhom ġew miksurin. Waħda mill-​plakek hi dedikata lil Narciso Riet. Riet twieled il-​Ġermanja imma l-​ġenituri tiegħu kienu Taljani u sar wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova fis-​snin tletin. Matul ir-​reġim taʼ Hitler, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kienu persegwitati minħabba li rrifjutaw li jġibu lil Hitler qabel Alla, Ġeħova.

Meta l-​Gestapo skopra li Riet kien involut f’li jġib il-​kopji tat-​Torri taʼ l-​Għassa fil-​kamp tal-​konċentrament, hu ħarab lejn Cernobbio. Hemmhekk, hu ġie mitlub jittraduċi t-​Torri taʼ l-​Għassa għat-​Taljan u biex iqassmu lil sħabu fit-​twemmin li kienu joqogħdu fil-​viċin. L-​attivitajiet mimlijin enerġija tiegħu malajr ġew notati. Uffiċjal taʼ l-​SS u s-​suldati tiegħu daħlu jiġru fid-​dar taʼ Riet, arrestawh, u ħatfu l-​evidenza “kriminali”​—żewġ Bibbji u ftit ittri! Riet ġie deportat lejn il-​Ġermanja, mitfugħ fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Dachau, u ngħata l-​mewt ftit qabel ma ntemmet it-​tieni gwerra dinjija. Hu ġie “persegwitat minħabba l-​fidi tiegħu” tgħid il-​plakka li hemm f’Cernobbio.

Il-fidi taʼ Narciso Riet u taʼ mijiet taʼ Xhieda oħra li saru vittmi tal-​persekuzzjoni min-​Nazi tinkuraġġixxi lill-​Kristjani taʼ llum biex jibqgħu leali lejn Ġeħova, l-​unika Wieħed fl-​univers li jistħoqqlu l-​qima. (Rivelazzjoni 4:11) Ġesù qal: “Henjin dawk li ġew persegwitati minħabba s-​sewwa.” Alla se jiftakar l-​għemejjel tagħhom u se jberikhom għall-​kuraġġ tagħhom.—Mattew 5:10; Ebrej 6:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja