LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 9/15 p. 32
  • Għajnuna biex Nikkontrollaw l-Emozzjonijiet Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna biex Nikkontrollaw l-Emozzjonijiet Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 9/15 p. 32

Għajnuna biex Nikkontrollaw l-​Emozzjonijiet Tagħna

ĠIELI tħoss li l-​emozzjonijiet negattivi jikkontrollawk? Għandek it-​tendenza li malajr tħossok imdejjaq, irrabjat, jew frustrat? Hemm it-​tendenza li l-​ansjetajiet tal-​ħajja jaħkmuk? X’jistaʼ jgħinek?

Reazzjonijiet emozzjonali huma parti mill-​ħajja umana. Meta jiġu kontrollati, jagħmlu l-​ħajja iktar interessanti. Però, il-​Bibbja tgħarraf li “l-​moħqrija tħawwad moħħ l-​għaref.” (Koħèlet 7:7) F’dinja fejn il-​vjolenza u l-​inċidenti huma komuni ħafna, min ma jiġix effettwat emozzjonalment minn dak li jiġri madwaru? Madankollu, l-​Iskrittura tgħid ukoll: “M’hemmx aħjar għall-​bniedem milli jgawdi xogħol idejh.” (Koħèlet 3:​22) Biex il-​ħajja tkun iktar pjaċevoli, għandna bżonn nitgħallmu nifirħu billi nikkultivaw emozzjonijiet pożittivi. Kif nistgħu nikkultivaw emozzjonijiet li huma taʼ benefiċċju u rrażżnu dawk li jagħmlu l-​ħsara?

Jekk nieħdu passi prattiċi, spiss se nnaqqsu mill-​intensità taʼ l-​emozzjonijiet negattivi tagħna. Per eżempju, meta nħossuna ansjużi dwar kwistjonijiet li m’għandniex kontroll fuqhom, ma jkunx aħjar jekk inbiddlu r-​rutina tagħna jew l-​ambjent minflok ma nimlew moħħna bl-​inkwiet? Jekk immorru mixja, nisimgħu ftit mużika rilassanti, nagħmlu ftit eżerċizzju vigoruż, jew nagħmlu xi ħaġa li turi qalb tajba maʼ xi ħadd fil-​bżonn nistgħu ngawdu ftit serħan u sa ċertu punt inħossuna ferħanin.​—Atti 20:35.

Però, l-​aqwa mod biex inneħħu ħsibijiet negattivi hu billi nqiegħdu l-​fiduċja tagħna fil-​Ħallieq. Meta ħsibijiet negattivi jippersistu, irridu ‘nitfgħu l-​ansjetà kollha tagħna fuq Alla’ bit-​talb. (1 Pietru 5:​6, 7) Il-​Bibbja tassigurana: “Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma . . . Kbar huma l-​ħsarat tar-​raġel sewwa, iżda minnhom kollha jeħilsu l-​Mulej.” (Salm 34:​19, 20 [34:​18, 19, NW]) Kif nistgħu nkunu fiduċjużi li Alla jistaʼ jkun “l-​għajnuna u l-​ħelsien” tagħna? (Salm 40:18 [40:​17, NW]) Nistgħu nagħmlu dan billi nistudjaw il-​Bibbja u nirriflettu fuq l-​eżempji realistiċi taʼ l-​interess persunali li juri Alla fil-​benesseri tal-​qaddejja tiegħu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja