“Jekk Jogħġobkom Aċċettaw ir-Rigal Ċkejken Tiegħi”
DAN il-kliem ġie miktub f’ittra li ntbagħtet fl-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova fir-Russja. Maʼ din l-ittra ntbagħtet kaxxa kbira mimlija kalzetti tas-suf.
Dan ir-rigal ġie mibgħut minn Annaa, waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova li għandha 67 sena u li qed taqdi f’kongregazzjoni fil-Lvant Imbiegħed tar-Russja. Anna ilha taqdi lil Ġeħova għal iktar minn għaxar snin, billi tippriedka b’mod żeluż l-aħbar tajba tas-Saltna. Madankollu, Anna, bla mistenni tatha puplesija li ħallitilha parti minn ġisimha paralizzat. Però, imqanqla mill-imħabba, Anna segwit il-passi tal-mara Kristjana taʼ l-ewwel seklu bl-isem taʼ Dorka, li kienet tagħmel l-ilbiesi għal sħabha fit-twemmin.—Atti 9:36, 39.
Fl-ittra tagħha, Anna kitbet: “Ma nistax inċaqlaq saqajja, imma għadni nistaʼ nċaqlaq idejja. Għalhekk jien nippriedka billi nikteb l-ittri.” Hi żiedet tgħid: “Jien iddeċidejt li ladarba għadni nistaʼ nuża idejja, se naħdem xi ftit pari kalzetti li jsaħħnu. Nixtieq li dawn il-kalzetti jingħataw lill-aħwa rġiel u nisa li se jmorru jibnu s-Swali tas-Saltna f’postijiet kesħin, bħal fil-Lvant Imbiegħed u fis-Siberja.”
Rigward is-segwaċi ġenwini tiegħu, Ġesù Kristu qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:35) Imħabba bħal dik li wriet Anna hija marka li tidentifika d-dixxipli veri taʼ Ġesù.
[Nota taʼ taħt]
a L-isem ġie mibdul.