LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 33 pp. 150-153
  • Hu Pproteġa l-Linja Rjali taʼ David

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hu Pproteġa l-Linja Rjali taʼ David
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Il-kuraġġ li wera Ġeħojada
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġeħogħas Telaq lil Ġeħova Minħabba Kumpanija Ħażina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Għala Għandna Nirrispettaw Ħafna lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Ġeħova Jberikna Meta Nkunu Kuraġġużi
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 33 pp. 150-153

33 ĠEĦOJADA

Hu Pproteġa l-Linja Rjali taʼ David

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

ĠEĦOJADA kien kbir fl-età u hu kien jagħmel ħafna xogħol għal Ġeħova u kellu xewqa kbira li jagħmel dak kollu li hu sewwa. Peress li Ġeħojada kien il-qassis il-kbir tat-tempju f’Ġerusalemm, hu kellu r-responsabbiltà li jgħin lin-nies jaqdu lil Ġeħova kif suppost. Però, dan ma kienx faċli, għax ħafna min-nies kienu jqimu allat foloz u jagħmlu affarijiet ħżiena.

Ħafna mill-ħażen li kien hemm fl-art kien ġej minħabba mara mill-agħar li kien jisimha Għatalija. Il-ġenituri tagħha kienu r-Re Aħab u r-Reġina Ġeżabel, li kienu jmexxu f’Iżrael. Tant kienu nies mill-agħar li Ġeħova wiegħed li se jeqred lid-dixxendenti kollha tagħhom. Għalkemm Għatalija kienet miżżewġa r-re taʼ Ġuda, hi kienet tobgħod il-qima vera. Wara li r-raġel tagħha miet, it-tifel tagħha sar re minfloku, imma Ġeħova qatlu. Imbagħad, Għatalija għamlet lilha nfisha reġina, avolja dan ma kienx li jrid Ġeħova. Ġeħova kien għażel irġiel biss biex imexxu lin-nies tiegħu u dawn il-mexxejja kellhom jiġu mil-linja taʼ David. Biex żgur ħadd ma jiħdilha postha, Għatalija qatlet lil dawk kollha li setgħu jsiru re, inkluż in-neputijiet subien tagħha.

Qassis il-kbir u l-mara tiegħu rriskjaw ħajjithom biex isalvaw tarbija tifel minn reġina kattiva li riedet toqtlu

Ġeħojada kien miżżewweġ mara kuraġġuża jisimha Ġeħoseba, li kienet magħrufa wkoll bħala Ġeħosabegħat. Hi kienet tiġi t-tifla taʼ wieħed mir-rejiet taʼ Ġuda. Ġeħoseba u r-raġel tagħha ma ridux iħallu lil Għatalija toqtol lis-subien kollha tal-linja taʼ David. Ġeħova kien wiegħed li dixxendent taʼ David kellu jmexxi għal dejjem! (2 Sam. 7:12, 13) Ġeħoseba ddeċidiet li tipproteġi tifel li setaʼ jsir re u li kellu inqas minn sena. Hi għamlet kuraġġ u bil-moħbi ħarġet lit-tarbija minn ġol-palazz. Imbagħad, hi ħadet lit-tifel u lil dik li tieħu ħsiebu għand ir-raġel tagħha, il-qassis il-kbir. Ġeħojada u Ġeħoseba ħbew lit-tifel żgħir ġo kamra fit-tempju.

Il-Qassis il-Kbir Ġeħojada bil-moħbi jieħu lil Ġeħoseba u lil dik li tieħu ħsieb lit-tifel fit-tempju billejl. Ġeħoseba qed iżżomm f’idha lil Ġeħogħas bħala tarbija.

Għal sitt snin, Ġeħojada ħeba lil Ġeħogħas fid-dar taʼ Ġeħova u pproteġieh mill-periklu. Min jaf kemm kienu diffiċli dawn is-snin, għax kieku Għatalija qabdithom, hi kienet se toqtolhom kollha. Wara li ħbieh għal sitt snin, Ġeħojada reġaʼ għamel xi ħaġa kuraġġuża. Hu qal lil ħames kapijiet li kienu leali lejn Ġeħova li hemm tifel żgħir mil-linja taʼ David u li għandu jsir ir-re t’Iżrael! Imbagħad, hu ordna biex jitpoġġew 500 suldat ħalli joqogħdu għassa mat-tempju u fil-viċin tiegħu. Dawn is-suldati daru madwar Ġeħogħas biex jipproteġuh bit-tarki u armi waqt li Ġeħojada għamlu re. In-nies t’Iżrael tant ferħu li bdew jgħajtu u jċapċpu. Meta Għatalija semgħet l-istorbju, hi ġriet lejn it-tempju.

Għatalija daħlet fil-bitħa tat-tempju, indunat x’qed jiġri, u pruvat twaqqaf lil Ġeħogħas milli jsir re. Hi għajtet: “Konfoffa! Konfoffa!” avolja fir-realtà hi stess kienet għamlet konfoffa biex issir reġina. Jekk hi ħasbet li n-nies kienu se jħalluha tkompli tmexxi, hi kellha żball. Ġeħojada kien kuraġġuż. Hu ordna lill-kapijiet biex jieħdu lir-reġina kattiva ’l barra mit-tempju. Huma hekk għamlu u qatluha. Ġeħova qal li “l-familja kollha t’Aħab [se] tinqered.” (2 Slat. 9:8) Għatalija jaf kienet l-aħħar persuna li nqatlet minn dik il-familja kattiva.

Wara li Għatalija nqatlet, Ġeħojada għamel xi ħaġa oħra importanti ħafna. Hu għen lir-re u n-nies biex jagħmlu patt maʼ Ġeħova li se jibqgħu leali lejh. Imbagħad, hu ordna lin-nies biex ikissru t-tempju taʼ Bagħal u biex joqtlu lill-qassis tat-tempju. Wara, Ġeħojada għamel dak kollu li setaʼ biex jittrennja lil Ġeħogħas ħalli jsir re tajjeb u jkun leali lejn Ġeħova. Sakemm miet, il-qassis il-kbir kien taʼ influwenza tajba għar-re. Imma meta kellu 130 sena, Ġeħojada miet. Hu kien midfun mar-rejiet li kienu mexxew f’Ġerusalemm. Dan kien taʼ unur kbir, għax normalment il-qassis il-kbir ma kienx jindifen mar-rejiet.

B’dispjaċir, wara li miet Ġeħojada, Ġeħogħas ma baqax leali lejn Ġeħova. Minħabba li kien influwenzat mill-kapijiet taʼ Ġuda, hu beda jaqdi lill-allat foloz bħalhom u anki inkuraġġixxa lin-nies biex jagħmlu hekk. Il-profeti taʼ Ġeħova kkoreġewh, imma ma semax minnhom. Wieħed minn dawk li kkoreġewh kien Żakkarija, it-tifel taʼ Ġeħojada. Hu staqsa lin-nies: “Għala qed tiksru l-kmandamenti taʼ Ġeħova?” Ġeħogħas irrabja ħafna u ordna lin-nies biex joqtluh! Però, Żakkarija baqaʼ kuraġġuż sakemm miet, eżatt bħal missieru. Mijiet taʼ snin wara, Ġesù Kristu qal li Żakkarija kien raġel sewwa. Ġesù, bħal Missieru, qatt ma jinsa l-kuraġġ li juru rġiel u nisa leali.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • 2 Slaten kapitlu 11; 12:1, 2

  • 2 Kronaki 22:10-12; kapitlu 23; 24:1, 2, 7, 15-22

  • Mattew 23:35

Biex tiddiskuti:

Ġeħojada kif wera kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. Xi studjużi x’jgħidu dwar “il-gwardji persunali tal-Karin” li għenu lil Ġeħojada joqtlu lil Għatalija? (2 Slat. 11:4, 19; it “Gwardji Persunali tal-Karin”-wcgr)

  2. 2. X’jistaʼ jkun li kienet “it-Testimonjanza,” u Ġeħojada għala qegħedha fuq ras Ġeħogħas? (2 Slat. 11:12, ntt.; w91 2/1 31 ¶5-6-wcgr) A

    Il-Qassis il-Kbir Ġeħojada jpoġġi skroll fuq ras ir-Re Ġeħogħas, li għadu tifel.

    Stampa A

  3. 3. Ġeħogħas għala ħareġ ordni biex isewwu d-dar taʼ Ġeħova? (2 Kron. 24:4-7, 11-14; it “Ġeħogħas” Nru. 1 ¶5-wcgr)

  4. 4. Żakkarija kien bin Ġeħojada. Allura Ġesù għala qal li kien “bin Barakija”? (Nota taʼ studju maʼ Mat. 23:35 “bin Barakija,” nwtsty-wcgr)

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Ġeħojada wisq probabbli kellu iktar minn 100 sena meta ħeba lil Ġeħogħas. L-eżempju tiegħu kif jistaʼ jinkuraġġixxi lill-qaddejja taʼ Ġeħova li qed jikbru fl-età? (Slm. 92:12, 14) B

    Ħu kbir fl-età qed juża walker u bi tbissima qed jieħu b’id tifel li dieħel fis-Sala tas-Saltna maʼ ommu u missieru.

    Stampa B

  • Meta Ġeħogħas semaʼ minn Ġeħojada, ħa deċiżjonijiet tajbin. Dawk li għadhom żgħar x’jistgħu jitgħallmu minn dan?

  • B’liema modi tistaʼ timita l-kuraġġ li wera Ġeħojada?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Ġeħojada, x’nixtieq nistaqsih?

Tgħallem Iktar

It-tfal x’jistgħu jitgħallmu minn Ġeħogħas dwar li joqogħdu attenti meta jagħżlu l-ħbieb?

“Ġeħogħas Telaq lil Ġeħova Minħabba Kumpanija Ħażina” (w09 7/1 22-23)

Ara x’eżempju ħallielna Ġeħojada dwar li nagħtu donazzjonijiet u kif jintużaw għall-qima vera.

“Kontribuzzjonijiet li Jogħġbu lil Alla” (w05 11/1 26-27)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja