LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

L-Erbgħa, 18 taʼ Marzu

“Peress li Ġesù kien jaf li dalwaqt kienu se jaqbduh biex jagħmluh re, hu reġaʼ mar lejn il-muntanja waħdu.”—Ġw. 6:15.

Li kieku Ġesù ħalliehom jagħmluh re, kien ikun qed jieħu sehem fil-politika u jżomm mal-Lhud li kienu kontra r-Rumani. Hu “mar lejn il-muntanja waħdu.” Allura avolja kellu pressjoni kbira minn oħrajn, hu ma kellux x’jaqsam mal-politika. Din hi lezzjoni importanti ħafna għalina! Ovvjament, illum ħadd mhu se jsaqsina biex nagħmlu miraklu ħalli nipprovdu l-ikel, infejqu l-morda, jew iġegħluna mmexxu l-pajjiż. Imma jaf jistaqsuna biex nagħtu s-sapport tagħna fil-politika jew nivvotaw għal dawk li jaħsbu li huma mexxejja tajbin. Però, l-eżempju taʼ Ġesù huwa ċar. Hu ma kellux x’jaqsam mal-politika, u iktar tard qal: “Is-Saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja.” (Ġw. 17:14; 18:36) Illum bħala Kristjani rridu naħsbu bħal Ġesù u nimitawh. Aħna nissapportjaw is-Saltna t’Alla, ngħidu lil oħrajn dwarha, u nitolbu biex din is-Saltna tiġi.—Mat. 6:10. w24.12 4 ¶5-6

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Il-Ħamis, 19 taʼ Marzu

“Kull min jaċċetta u jobdi dak li nikkmanda, iħobbni. U min iħobb lili, Missieri se jħobbu. Jien ukoll se nħobbu u nurih ċar min jien.”—Ġw. 14:21.

Meta tkun qed tistudja aħseb dwar kif tistaʼ tapplika dak li titgħallem. Pereżempju, imita l-ġustizzja taʼ Ġeħova billi tittratta lil kulħadd l-istess. Imita l-imħabba taʼ Ġesù għal Missieru u għan-nies billi tkun lest li tobdi lil Ġeħova u tgħin lill-aħwa anki jekk ikollok tagħmel xi sagrifiċċji. Barra minn hekk, imita lil Ġesù billi tagħti xhieda lil oħrajn ħalli huma wkoll ikollhom iċ-ċans jitgħallmu x’għamel Ġeħova għalina u juru fidi fil-fidwa. Iktar ma nitgħallmu dwar il-fidwa u napprezzawha, iktar se nsiru nħobbu lil Ġeħova u Ġesù. U minħabba f’hekk huma wkoll se jħobbuna iżjed. (Ġak. 4:8) Mela uża kulma jtina Ġeħova biex tkompli titgħallem dwar il-fidwa. w25.01 25 ¶16-17

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Il-Ġimgħa, 20 taʼ Marzu

“Int tfajt id-dnubiet kollha tiegħi wara dahrek.”—Isa. 38:17.

L-iskrittura tal-lum tgħid: “Int tfajt dnubieti kollha wara dahrek.” Dan juri li Ġeħova jarmi d-dnubiet taʼ dawk li jindmu u qatt ma jerġaʼ jħares lejhom. Allura, id-dnubiet ikunu qishom qatt ma ġraw. Il-Bibbja tagħti eżempju sabiħ ieħor f’​Mikea 7:​18, 19. Hemmhekk tgħid li Ġeħova jixħet id-dnubiet f’qiegħ il-baħar. Fi żmien il-Bibbja, meta xi ħadd kien jarmi xi ħaġa fil-baħar qatt ma kien jerġaʼ jsibha. Bl-eżempji li rajna nistgħu nifhmu li meta Ġeħova jaħfrilna, hu jneħħi d-dnub tagħna għalkollox u ma jkunx hemm għalfejn inħossuna ħażin. Ir-Re David qal: “Ferħanin huma dawk li l-iżbalji tagħhom inħafrulhom u li dnubiethom intesew.” (Rum. 4:7) Din hi maħfra taʼ vera! w25.02 9 ¶7-8

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja