LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

Il-Ħamis, 3 taʼ Settembru

“Sejjer l-Imħallef tal-art kollha ma jagħmilx dak li hu sewwa?”—Ġen. 18:25.

Nistgħu nkunu ċerti li meta Ġeħova jiġġudika, dejjem jieħu deċiżjoni tajba. Abraham kien jaf li Ġeħova, bħala “l-Imħallef tal-art kollha,” hu perfett, għaref u ħanin. Hu għallem lil Ibnu u tah ir-responsabbiltà li jiġġudika lil kulħadd. (Ġw. 5:22) Kemm Ġeħova u anke Ġesù jafu x’taħseb u tħoss kull persuna. (Mt. 9:4) Allura meta jiġġudikaw dejjem se jagħmlu “dak li hu sewwa.” Ejja nafdaw li Ġeħova dejjem jieħu deċiżjonijiet tajbin. Aħna nafu li m’għandniex dritt li niġġudikaw, imma Ġeħova iva. (Is. 55:​8, 9) B’hekk aħna nħallu f’idejn Ġeħova u Ġesù biex jiġġudikaw. Nafu wkoll li Ġesù bħala r-Re, se jimita l-ġustizzja u l-ħniena taʼ Missieru b’mod perfett.—Is. 11:​3, 4. w24.05 7 ¶18-19

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Il-Ġimgħa, 4 taʼ Settembru

“Ġeħova jobgħod lil min hu qarrieq, imma Hu ħabib kbir taʼ min hu ġust.”—Prov. 3:32.

Importanti ħafna li dejjem ngħidu l-verità f’qalbna. Nistgħu naraw dan mill-eżempju taʼ Natanjel. Meta Ġesù ltaqaʼ maʼ Natanjel l-ewwel darba, hu qal: ‘Ara, Iżraeli li m’hemm ebda qerq fih.’ (Ġw. 1:47) Ġesù ra xi ħaġa speċjali f’Natanjel għax avolja kien imperfett bħalna, kien onest f’kollox. Ġesù nnota dan u faħħru. Ħafna mill-affarijiet biex nogħġbu lil Ġeħova li hemm imniżżlin f’​Salm 15 għandhom x’jaqsmu mal-mod kif aħna nittrattaw lil ħaddieħor. Salm 15:3 jgħid li xi ħadd li hu mistieden fit-tinda taʼ Ġeħova “ma jimmalafamax, ma jagħmilx ħsara lil ħaddieħor, u ma jaqlax qlajjaʼ fuq sħabu.” Jekk aħna nitkellmu b’mod ħażin kontra ħaddieħor nistgħu nweġġgħuh.—Ġak. 1:26. w24.06 10 ¶7, 9; 11 ¶10

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026

Is-Sibt, 5 taʼ Settembru

“Mulej, anki d-demonji jobduna meta nikkmandawhom f’ismek.”—Luqa 10:17.

Jekk tipprepara sew qabel is-service ħa tħossok iktar komdu meta titkellem man-nies. Qabel ma bagħat lid-dixxipli jippritkaw, Ġesù għenhom jippreparaw sew. (Lq. 10:​1-11) Peress li obdew lil Ġesù setgħu jagħmlu ħafna affarijiet tajbin u minħabba f’hekk kienu ferħanin. Kif nistgħu nippreparaw għas-service? Irridu naħsbu dwar dak li ħa ngħidu u mbagħad naraw kif nistgħu nispjegawh b’mod sempliċi fi kliemna. Ikun tajjeb ukoll li naħsbu f’xi affarijiet li n-nies jistgħu jgħidulna u naraw kif nistgħu nwiġbuhom. Meta nitkellmu man-nies irridu nipprovaw inkunu kalmi, nitbissmu, u nkunu dħulin. w24.04 15-16 ¶6-7

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2026
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja