LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Fittex lil Jehovah għall-Faraġ
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
    • 5 B’dan il-​mod, il-​koppja midinba bdiet tmut. Meta qataʼ s-​sentenza tal-​mewt, Alla stqarr ukoll lil Adam: “Misħuta l-​art minħabba fik; bit-​taħbit tiekol minnha, il-​jiem kollha taʼ ħajtek. Xewk u għolliq tnibbitlek, u int tiekol il-​ħaxix selvaġġ.” (Ġenesi 3:17, 18) B’hekk Adam u Eva tilfu l-​prospett li jagħmlu l-​art mhix ikkultivata f’ġenna. Imkeċċijin minn Għeden, huma kellhom jikkonċentraw l-​enerġiji tagħhom biex jieħdu bi tbatija l-​ikel minn art li kienet ġiet misħuta. Id-​dixxendenti tagħhom, billi wirtu din il-​kundizzjoni taʼ mewt midinba, għandhom dan il-​bżonn kbir taʼ faraġ.—Rumani 5:12.

  • Fittex lil Jehovah għall-Faraġ
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
    • 8 Jehovah qatagħha li jeqred lil dik id-​dinja mill-​agħar permezz taʼ dilluvju globali, imma l-​ewwel ġiegħel lil Noè jibni arka biex jippreserva l-​ħajja. B’hekk, ir-​razza umana u l-​annimali taʼ kull speċi ġew salvati. Min jaf x’serħan ħassew Noè u l-​familja tiegħu wara d-​Dilluvju hekk kif ħarġu mill-​arka għal fuq art imnaddfa! Kemm kien taʼ faraġ li jsibu li s-​saħta fuq l-​art tneħħiet, u din għamlet l-​attività agrikola ferm eħfef! Tabilħaqq, il-​profezija taʼ Lamek tat prova li kienet vera, u Noè rnexxielu jwettaq dak li jfisser ismu. (Ġenesi 8:21) Bħala qaddej leali t’Alla, Noè sewa biex iwassal doża taʼ “faraġ” lill-​umanità. Madankollu, l-​influwenza mill-​agħar taʼ Satana u l-​anġli demoniċi tiegħu ma ntemmitx mad-​Dilluvju, u l-​umanità għadha titniehed taħt it-​toqol tad-​dnub, tal-​mard, u tal-​mewt.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja