LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Fejn Tmur Int, Immur Jien”
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 16-18. (a) Rut kif uriet imħabba leali? (b) X’nistgħu nitgħallmu minn Rut dwar l-​imħabba leali? (Ara wkoll l-​istampi taż-​żewġ nisa.)

      16 Hekk kif iffaċċjat lil Nagħomi f’dik it-​triq fejn ma kontx tara ruħ, f’qalbha Rut kienet ċerta u konvinta minn dak li riedet tagħmel. Qalbha kienet tfur bl-​imħabba għal Nagħomi—u għall-​Alla li kienet taqdi Nagħomi. Għalhekk, Rut qalet: “Toqgħodx titlobni biex nitilqek, biex immur lura u ma niġix miegħek; għax fejn tmur int, immur jien, u fejn tgħaddi l-​lejl int, ngħaddih jien. Il-​poplu tiegħek ikun il-​poplu tiegħi, u Alla tiegħek, Alla tiegħi. Fejn tmut int, immut jien, u hemmhekk nindifen. Jalla Ġeħova jagħmilli hekk u iktar minn hekk jekk ma tkunx il-​mewt li tifridni minnek.”—Rut 1:16, 17.

      Rut tgħid lil Nagħomi, “Fejn tmur int, immur jien”

      “Il-poplu tiegħek ikun il-poplu tiegħi, u Alla tiegħek, Alla tiegħi”

      17 Kliem Rut huwa rimarkevoli. Tant hu hekk li baqaʼ magħruf sal-​ġurnata tal-​lum—3,000 sena wara mewtha. Dan juri b’mod perfett kwalità prezzjuża—l-​imħabba leali. L-​imħabba li ħasset Rut tant kienet b’saħħitha u leali li hi baqgħet imqabbda maʼ Nagħomi kull fejn marret. Il-​mewt biss setgħet tifridhom. Nies Nagħomi kellhom isiru niesha stess għax Rut kienet lesta li tħalli kollox warajha f’Mowab—saħansitra l-​allat Mowabin. Għall-​kuntrarju taʼ Għorfa, Rut setgħet tgħid b’qalbha kollha li riedet li Ġeħova, l-​Alla taʼ Nagħomi, ikun l-​Alla tagħha wkoll.a

  • “Fejn Tmur Int, Immur Jien”
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • a Taʼ min jinnota li Rut m’użatx biss it-​titlu “Alla,” bħalma setgħu għamlu bosta barranin; hi użat ukoll l-​isem persunali tiegħu, Ġeħova. The Interpreter’s Bible tgħid: “B’hekk, il-​kittieb jenfasizza l-​fatt li din il-​barranija hi segwaċi tal-​Alla l-​veru.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja