LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Fejn Tmur Int, Immur Jien”
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 23. Rut dwar xiex bdiet taħseb, u liema provvediment kien hemm fil-​Liġi Mosajka għall-​foqra? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

      23 Hekk kif iż-​żewġ nisa ssetiljaw fil-​ħajja f’Betlehem, Rut bdiet taħseb dwar kif ikun l-​aħjar li tieħu ħsieb tagħha nfisha u taʼ Nagħomi. Hi tgħallmet li l-​Liġi li Ġeħova kien ta lill-​poplu tiegħu f’Iżrael inkludiet provvediment bi mħabba għall-​foqra. Huma kellhom permess jidħlu fir-​rabaʼ fi żmien il-​ħsad u jimxu wara l-​ħassada, u jlaqqtu kulma jkunu ħallew warajhom il-​ħassada kif ukoll dak li kien jikber fit-​truf u fl-​irkejjen tal-​għelieqi.b—Lev. 19:9, 10; Dt. 24:19-​21.

      24, 25. Rut x’għamlet meta inzertat marret fl-​għelieqi taʼ Bogħaż, u x’kien jinvolvi x-​xogħol tat-​tilqit?

      24 Kien żmien il-​ħsad tax-​xgħir, x’aktarx f’April skont il-​kalendarju taʼ żmienna, u Rut marret fir-​rabaʼ biex tara min kien se jħalliha taħdem skont il-​provvediment tat-​tilqit. Hi inzertat marret fl-​għelieqi taʼ Bogħaż, sid l-​art u raġel għani, li kien ukoll qarib taʼ Elimelek, ir-​raġel mejjet taʼ Nagħomi. Għalkemm il-​Liġi kienet tagħtiha d-​dritt li tlaqqat, xorta ma kinitx prużuntuża; hi talbet permess biex taħdem mingħand ir-​raġel żagħżugħ li kien jieħu ħsieb il-​ħassada. Hu taha l-​permess, u Rut bdiet taħdem minnufih.—Rut 1:22–2:3, 7.

  • “Fejn Tmur Int, Immur Jien”
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • b Kienet liġi rimarkevoli, u żgur li ma kienx hemm liġi taʼ din ix-​xorta f’Mowab. F’dak iż-​żmien, fil-​Lvant Nofsani tal-​qedem, ir-​romol ma kinux jiġu trattati sew. Ktieb taʼ referenza jgħid: “Wara l-​mewt taʼ żewġha, normalment armla kien ikollha tistrieħ fuq uliedha s-​subien għall-​appoġġ finanzjarju; jekk ma kienx ikollha subien, għandha mnejn kienet tbigħ lilha nfisha bħala lsira, iddur għall-​prostituzzjoni, jew tmut.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja