-
Aġixxiet b’GħaqalImita l-Fidi Tagħhom
-
-
9, 10. (a) David u l-irġiel tiegħu f’liema sitwazzjoni kienu qed jissieltu biex jibqgħu ħajjin? (b) Nabal għala messu apprezza dak li kienu qed jagħmlu David u l-irġiel tiegħu? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt taʼ paragrafu 10.)
9 Nabal kien jgħix f’Magħon imma kien jaħdem u x’aktarx li kellu l-artijiet fil-Karmel fil-viċin.a Dawn il-bliet kienu qalb għoljiet kollhom ħaxix, tajbin biex trabbi n-nagħaġ, li minnhom Nabal kellu 3,000. Iżda f’dawn l-inħawi, l-art ma kinitx kultivata. Lejn in-Nofsinhar kien hemm ix-xagħri vast taʼ Faran. Lejn il-Lvant kien hemm xagħri fl-imwarrab, miżgħud b’widien u għerien, li kien jagħti għall-Baħar il-Mielaħ. F’dawn ir-reġjuni, David u l-irġiel tiegħu ssieltu biex jibqgħu ħajjin u bla dubju kienu jikkaċċjaw biex jieklu u ssaportew ħafna tbatijiet. Spiss kienu jiltaqgħu maʼ rġiel żgħażagħ li kienu jaħdmu bħala rgħajja għal Nabal li kien għani.
-
-
Aġixxiet b’GħaqalImita l-Fidi Tagħhom
-
-
a Din ma kinitx il-famuża Muntanja Karmel ’il bogħod lejn it-Tramuntana fejn iktar tard il-profeta Elija kellu konfront mal-profeti taʼ Bagħal. (Ara Kapitlu 10.) Din il-Karmel kienet belt fit-tarf tax-xagħri tan-Nofsinhar.
-