LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Baqa’ Jgħasses u Jistenna
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 17, 18. (a) Xi ġralu Elija fi triqtu lejn Ġeżragħel? (b) X’kien hemm rimarkevoli dwar il-​ġirja t’Elija mill-​Karmel sa Ġeżragħel? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

      17 Il-​profeta taʼ Ġeħova mar għal għonq it-​triq—l-​istess triq li kien ħa Aħab. Quddiemu kellu biċċa triq ġmielha, mudlama, u kollha ilma. Imma mbagħad ġrat xi ħaġa stramba.

      18 “Id Ġeħova kienet fuq Elija, u b’hekk hu xammar il-​libsa u telaq jiġri qabel Aħab it-​triq kollha sa Ġeżragħel.” (1 Slat. 18:46) B’mod ċar, “id Ġeħova” kienet qed taħdem fuq Elija b’mod sopranaturali. Ġeżragħel kienet tinsab 30 kilometru ’l bogħod, u Elija ma kienx xi żagħżugħ.a Ġib quddiem għajnejk lil dak il-​profeta jħażżem l-​ilbies twil tiegħu u jorbtu maʼ ġenbejh sabiex ikun jistaʼ jiċċaqlaq bil-​libertà tul dik it-​triq mgħarrqa bl-​ilma—tant beda jiġri li laħħaq mal-​karru rjali, qabżu, u saħansitra ġera iktar minnu!

      19. (a) L-​enerġija u l-​istamina li Alla ta lil Elija jistgħu jfakkruna f’liema profeziji? (b) Hekk kif Elija ġera lejn Ġeżragħel, x’kien jaf fiċ-​ċert?

      19 X’barka kienet din għal Elija! Is-​saħħa, il-​vitalità, u l-​istamina li ħass—forsi saħansitra iktar milli qatt ħass f’żgħożitu—żgur li kienu esperjenza eċċitanti. Għandna mnejn niftakru fil-​profeziji li jiggarantixxu saħħa u enerġija b’mod perfett lil uħud leali fil-​Ġenna tal-​art li ġejja. (Aqra Isaija 35:6; Luqa 23:43) Hekk kif Elija beda jiġri kemm jiflaħ tul dik it-​triq imxarrba bix-​xita, hu żgur li kien jaf li kellu l-​approvazzjoni taʼ Missieru, l-​uniku Alla veru, Ġeħova!

  • Kiseb il-Faraġ Mingħand Alla Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • 1, 2. X’ġara fl-​iktar ġurnata eċċitanti tal-​ħajja t’Elija?

      ELIJA ġera fix-​xita hekk kif beda jidlam. Kien għad fadallu biċċa triq ġmielha qabel ma jasal Ġeżragħel, u ma kienx xi żagħżugħ. Madankollu, hu baqaʼ jiġri bla ma għeja, għax “id Ġeħova” kienet fuqu. Kien mimli enerġija—iktar minn qatt qabel. Biss biss, kien għadu kif għadda ż-​żwiemel li kienu qed jiġbdu l-​karru rjali tas-​Sultan Aħab!—Aqra l-​1 Slaten 18:46.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja