-
“Id-Digriet tal-Mulej” Ma Jistax IfalliIt-Torri tal-Għassa—2004 | Lulju 15
-
-
Il-Ġnus Jagħmlu Rewwixta
4. Kif tistaʼ tiġbor fil-qosor il-punti prinċipali taʼ Salm 2:1, 2?
4 Waqt li jirreferi għall-għemejjel tal-ġnus u l-ħakkiema tagħhom, is-salmista jibda l-kompożizzjoni tiegħu billi jgħid: “Għaliex jixxewwxu l-ġnus, u l-popli jreddnu għal xejn? Is-slaten taʼ l-art iqumu, u l-kbarat jiftiehmu bejniethom kontra l-Mulej u l-Midluk tiegħu.”—Salm 2:1, 2.a
5, 6. Il-popli dwar xiex komplew “ireddnu għal xejn”?
5 Dwar xiex ’komplew “ireddnu għal xejn” il-popli taʼ llum? Minflok ma aċċettaw il-Midluk t’Alla—il-Messija, jew Kristu—il-ġnus komplew “ireddnu,” jew jimmeditaw, fuq kif se jippreservaw l-awtorità tagħhom stess. Dan il-kliem tat-tieni salm kellu wkoll twettiq fl-ewwel seklu E.K. meta l-awtoritajiet Lhud u Rumani ħadmu id f’id biex joqtlu s-Sultan-Nominat t’Alla, Ġesù Kristu. Madankollu, l-akbar twettiq beda fl-1914 meta Ġesù tqiegħed bħala Sultan fis-sema. Minn dakinhar ’l hawn, ebda organizzazzjoni politika fuq l-art ma aċċettat is-Sultan maħtur t’Alla.
6 X’ried ifisser is-salmista meta staqsa ‘għala l-popli jreddnu għal xejn’? Huwa l-iskop tagħhom li hu għalxejn; hu fieragħ u kundannat biex ifalli. Ma jistgħux iġibu paċi u għaqda fuq dan il-globu. Madankollu, jibqgħu għaddejjin bl-għemejjel tagħhom tant li jaslu biex jopponu l-ħakma divina. Fil-fatt, ilkoll flimkien ħadu pożizzjoni ostili u nġemgħu kontra l-Iktar Għoli u l-Midluk tiegħu. Xi bluha!
Is-Sultan Rebbieħ taʼ Jehovah
7. Is-segwaċi tal-bidu taʼ Ġesù kif applikaw Salm 2:1, 2 meta kienu qed jitolbu?
7 Is-segwaċi taʼ Ġesù applikaw il-kliem taʼ Salm 2:1, 2 għalih. Meta kienu qed jiġu persegwitati minħabba l-fidi tagħhom, talbu: “O Sid [Jehovah], int li għamilt is-sema, l-art, il-baħar, u kull ma fihom; int li nebbaħt bl-Ispirtu s-Santu lil David missierna, qaddej tiegħek, u b’fommu għedt, ‘Għaliex ixxewwxu l-ġnus u l-popli ngħaqdu konfoffa waħda għalxejn? Qamu s-slaten taʼ l-art, u l-kbarat inġemgħu flimkien kontra l-Mulej u l-Messija tiegħu.’ Għax, tabilħaqq, f’din il-belt Erodi [Antipa] u Ponzju Pilatu ngħaqdu flimkien mal-pagani u n-nies taʼ Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int ikkonsagrajt.” (Atti 4:24-27; Luqa 23:1-12)b Iva, fl-ewwel seklu kien hemm konfoffa kontra Ġesù, il-qaddej midluk t’Alla. Madankollu, dan is-salm kien se jkollu twettiq ieħor sekli wara.
8. Salm 2:3 kif japplika għall-ġnus taʼ llum?
8 Meta Iżrael tal-qedem kellu sultan fuq l-art, bħal David, il-ġnus u l-ħakkiema pagani ngħaqdu flimkien kontra Alla u s-sultan midluk tiegħu. Imma xi ngħidu għal żmienna? Il-ġnus taʼ llum ma jridux jimxu mal-ħtiġijiet taʼ Jehovah u tal-Messija. Għalhekk, huma jiġu rappreżentati bħala li qed jgħidu: “Ħa nkissru l-ktajjen tagħhom, u ntajjru minn fuqna l-irbit tagħhom!” (Salm 2:3) Il-ħakkiema u l-ġnus kienu se jopponu kull restrizzjoni li jagħmlu Alla u l-Midluk tiegħu. M’għandniex xi ngħidu, kull sforz li jagħmlu biex ikissru dawn il-ktajjen u jtajru l-irbit minn fuqhom se jkun għalxejn.
-
-
“Id-Digriet tal-Mulej” Ma Jistax IfalliIt-Torri tal-Għassa—2004 | Lulju 15
-
-
a Għall-ewwel, is-Sultan David kien il-‘midluk,’ u s-“slaten taʼ l-art” kienu l-ħakkiema Filistin li ġemgħu l-armati tagħhom kontrih.
b Anki kitbiet oħra taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana juru li Ġesù hu l-Midluk t’Alla li jirreferi għalih it-tieni salm. Dan jidher ċar meta tqabbel Salm 2:7 m’Atti 13:32, 33 u Lhud 1:5; 5:5. Ara wkoll Salm 2:9 u Apokalissi 2:27.
-