LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • 4. (a) X’kien l-​irwol taʼ Pawlu fix-​xogħol taʼ bini Kristjan? (b) Għala jistaʼ jingħad li kemm Ġesù u kemm l-​udjenza tiegħu kienu jaraw l-​importanza taʼ pedamenti sodi?

      4 Biex bini jkun stabbli u jdum għal ħafna snin, jeħtieġ li jkollu pedament sod. B’hekk, Pawlu kiteb: “Skond il-​grazzja li tani Alla, bħala bennej għaqli, jiena qegħedt il-​pedament.” (1 Korintin 3:10) Waqt li uża tixbieha simili, Ġesù Kristu rrakkonta dwar dar li baqgħet wieqfa wara maltempata għaliex il-​bennej tagħha kien għażel pedament sod. (Luqa 6:47-49) Ġesù kien jaf kemm kienu importanti l-​pedamenti. Kien preżenti meta Jehovah sejjes l-​art infisha.a (Proverbji 8:29-31) Anki dawk fl-​udjenza taʼ Ġesù kienu fehmu l-​importanza taʼ pedamenti sodi. Id-​djar mibnijin fuq is-​sod biss kienu jibqgħu sħaħ wara l-​għargħar u t-​terremoti li kultant kienu jolqtu lill-​Palestina. Iżda, liema pedament kellu f’moħħu Pawlu?

  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • a Il-‘pedament taʼ l-​art’ għandu mnejn jirreferi għall-​forzi fiżiċi li jżommuha​—u l-​oġġetti kollha tas-​sema​—soda f’postha. Iżjed minn hekk, l-​art infisha hija mibnija b’tali mod li qatt ma se “titħarrek,” jew tinqered.—Salm 104:5.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja