LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Hemm Żmien Għal Kollox
    It-Torri tal-Għassa—2009 | Lulju 1
    • Il-​kittieb ispirat tal-​Bibbja mhux talli ma tkellimx dwar id-​destin taʼ xi individwu jew ma ddeskriviex ir-​riżultat li kellu jkun hemm fil-​ħajja taʼ xi ħadd, imma talli kien qed jitkellem dwar l-​iskop t’Alla u kif kellu jeffettwa lill-​umanità. Kif nafuh dan? Bażikament, dan hu dak li jgħidilna l-​kuntest. Wara li semma ħafna affarijiet li donnhom għandhom “żmien stabbilit,” Salamun kiteb: “Rajt l-​attività li Alla ta lil ulied il-​bnedmin biex ikunu okkupati biha. Kulma għamel għamlu sabiħ u f’waqtu.”—Ekkleżjasti 3:10, 11.

      Alla ta ħafna attivitajiet lill-​umanità, jew affarijiet x’jagħmlu—Salamun semma għadd minnhom. Alla tana wkoll il-​libertà taʼ l-​għażla biex nagħżlu xi rridu nagħmlu. Madankollu, għal kull biċċa xogħol, hemm żmien li hu xieraq, jew favorevoli, li jipproduċi l-​aqwa riżultat. Per eżempju, ejja nieħdu l-​istqarrija taʼ Salamun “żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ l-​imħawwel,” misjuba f’Ekkleżjasti 3:2. Il-​bdiewa jafu li għal kull prodott tar-​rabaʼ, hemm żmien xieraq meta jrid jitħawwel. Xi ngħidu jekk bidwi jinjora dan il-​fatt sempliċi u jħawwel il-​prodott fiż-​żmien jew l-​istaġun żbaljat? Għandu hu jwaħħal fid-​destin jekk ma jkollux ħsad tajjeb, avolja jkun ħadem iebes għalih? Dażgur li le! Hu sempliċement ma ħawwilx il-​prodott fiż-​żmien xieraq. Il-​ħsad tal-​bidwi setaʼ rnexxa kieku segwa l-​ordni naturali taʼ l-​affarijiet li ġie stabbilit mill-​Ħallieq.

      Għalhekk, Alla ddeċieda ċerti prinċipji li jaħkmu l-​mod kif jimxu l-​affarijiet tal-​bniedem fi qbil maʼ l-​iskop tiegħu u mhux id-​destin taʼ individwi jew ir-​riżultati tal-​ġrajjiet kollha. Biex il-​bnedmin igawdu r-​riżultat taʼ dak li jridu jagħmlu, huma jridu jagħrfu l-​iskop u ż-​żmien t’Alla u jaħdmu fi qbil magħhom. Dak li hu predestinat u ma jinbidilx huwa dak li Alla għandu l-​iskop li jagħmel u mhux id-​destin taʼ individwi. Permezz tal-​profeta Isaija, Ġeħova ddikjara: “Kelmti li toħroġ minn fommi . . . ma terġax lura lejja mingħajr riżultati, imma żgur tagħmel dak li jogħġobni, u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.”—Isaija 55:11.

  • Hemm Żmien Għal Kollox
    It-Torri tal-Għassa—2009 | Lulju 1
    • Nifhmu l-​Waqt t’Alla

      Salamun ipprovda ħjiel. Wara li qal, “Kulma għamel [Alla] għamlu sabiħ f’waqtu,” hu kompla jgħid, “Saħansitra poġġielhom f’qalbhom l-​eternità, sabiex il-​bnedmin qatt ma jsiru jafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru.”—Ekkleżjasti 3:11.

      Inkitbu ħafna affarijiet dwar dan il-​vers. Imma l-​fatt sempliċi hu li fil-​fond taʼ qalbna, ilkoll kemm aħna xi darba jew oħra ħsibna dwar it-​tifsir tal-​ħajja u dwar fejn se nispiċċaw fl-​aħħar mill-​aħħar. Matul is-​snin, in-​nies sabuha diffiċli jaċċettaw li l-​ħajja tikkonsisti biss fit-​taħbit tax-​xogħol li hemm bżonn isir, biss biex imbagħad il-​mewt ittemm kollox. Bħala bnedmin aħna uniċi fost il-​ħlejjaq ħajjin kollha minħabba li ma naħsbux biss dwar il-​preżent imma wkoll dwar tmiem il-​ħajja u wara. Saħansitra nixxennqu għall-​possibbiltà li ngħixu għal dejjem, għall-​eternità. Għala? Bħalma tispjega l-​iskrittura, lill-​bnedmin Alla “poġġielhom f’qalbhom l-​eternità.”

      Biex jissodisfaw dik ix-​xenqa, in-​nies spiss ħasbu dwar jekk hemmx ħajja wara l-​mewt. Xi wħud jikkonkludu li xi ħaġa fina tibqaʼ ħajja wara li mmutu. Oħrajn jemmnu li nibqgħu nerġgħu nitwieldu għal dejjem kulmeta mmutu. Jerġaʼ oħrajn jaħsbu li kollox fil-​ħajja hu predestinat mid-​destin jew minn Alla u li ma nistgħu nagħmlu xejn dwar dan. B’sogħba, ebda waħda minn dawn l-​ispjegazzjonijiet m’hi sodisfaċenti għalkollox. Dan hu minħabba li bl-​isforzi tagħhom stess “il-​bnedmin qatt ma jsiru jafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru,” tgħid il-​Bibbja.

      Dan il-​konflitt diffiċli li ilu jeżisti, bejn ix-​xewqa li nkunu nafu t-​tweġiba u n-​nuqqas t’abbiltà li nsibuha, itturmenta lill-​filosfi tul iż-​żminijiet. Madankollu, ladarba Alla poġġa din ix-​xenqa jew ix-​xewqa f’qalbna, m’huwiex loġiku li rridu nduru lejh biex jipprovdilna dak li hemm bżonn ħalli nissodisfaw din ix-​xewqa? Wara kollox, il-​Bibbja tgħid dwar Ġeħova: “Int qed tiftaħ idek u tissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.” (Salm 145:16) Nistgħu nsibu spjegazzjonijiet sodisfaċenti dwar il-​ħajja u l-​mewt, u dwar l-​iskop etern t’Alla rigward l-​art u l-​familja umana billi nistudjaw il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja.—Efesin 3:11.

  • Żmien li Tagħżel
    It-Torri tal-Għassa—2009 | Lulju 1
    • “Alla ħalaq il-​bniedem fix-​xbieha tiegħu, fix-​xbieha t’Alla ħalqu; raġel u mara ħalaqhom.”—Ġenesi 1:27.

      DAN il-​kliem familjari fil-​paġni tal-​ftuħ tal-​Bibbja jsemmi waħda mill-​iktar affarijiet meraviljużi li Alla ‘għamilhom sbieħ u f’waqthom’—ħalaq lil Adam u Eva, l-​ewwel koppja umana perfetta. (Ekkleżjasti 3:11) Bħala l-​Ħallieq tagħhom, Alla Ġeħova qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​art u rażżnuha, u ħa jkunu sottomessi lejkom il-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u kull ħliqa ħajja li titħarrek fuq l-​art.”—Ġenesi 1:28.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja