LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-Mara Ħawlija Tithenna
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 9, 10. Għal mara li fil-​qedem kienet tgħammar fit-​tined, x’kienet tfisser l-​istruzzjoni biex ‘tkabbar il-​post taʼ l-​għarix tagħha,’ u dan għala jkun żmien taʼ ferħ għaliha?

      9 Isaija jissokta jipprofetizza dwar perijodu taʼ tkabbir impressjonanti: “Kabbar il-​post taʼ l-​għarix tiegħek, wessaʼ t-​tined taʼ l-​għamajjar tiegħek, tibżax għalihom; tawwal il-​ħbula tiegħek, waħħal tajjeb il-​kunjardi. Għax lejn il-​lemin għad tinfirex u lejn ix-​xellug, u nislek jiret il-​ġnus, u fl-​ibliet mitluqa jgħammar. Tibżax, int ma jkollokx mniex tistħi! Tħammarx aktar wiċċek, għax għajb ma jkollokx aktar. Int għad tinsa l-​għajb taʼ rmulitek, ma tiftakarx iżjed fil-​mistħija tar-​romol tiegħek.”—Isaija 54:2-4.

      10 Hawnhekk Ġerusalemm tissemma bħallikieku kienet mara miżżewġa u omm li qed tgħammar fit-​tined, preċiż bħalma kienet Sara. Meta titbierek b’familja li qed tikber, ikun wasal iż-​żmien biex omm bħal din tieħu ħsieb tkabbar darha. Ikollha bżonn twessaʼ t-​tined, ittawwal il-​ħbula, u twaħħal il-​kunjardi fil-​pożizzjonijiet ġodda tagħhom. Dan hu xogħol hieni għaliha, u f’dan iż-​żmien meta jkollha ħafna x’tagħmel, ikun faċli għaliha li tinsa s-​snin li qattgħet tinkwieta jekk hux se jkollha tfal biex tkompli r-​razza.

  • Il-Mara Ħawlija Tithenna
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • a Skond Apokalissi 12:1-17, il-​“mara” t’Alla tbierket bil-​kbir għax wildet ‘nisel’ importanti ferm—mhux xi iben spirtu, imma s-​Saltna Messjanika fis-​sema. Dan it-​twelid seħħ fl-​1914. (Ara Revelation—Its Grand Climax At Hand!, paġni 177-86.) Il-​profezija taʼ Isaija tiffoka fuq il-​ferħ li din tħoss bħala riżultat tal-​barka t’Alla fuq l-​ulied midlukin li għandha fuq l-​art.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja