LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tibżax mill-​Assirjan
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • Is-​Sultan Aħaż jipprova jikseb is-​sigurtà billi jdur lejn l-​Assirja għall-​għajnuna. Il-​profeta Isaija jbassar li f’xi żmien fil-​futur, dawk li jibqgħu ħajjin mid-​dar taʼ Iżrael qatt ma se jerġgħu jsegwu korsa bla sens bħal din. Isaija 10:20 jgħid li dawn se “jitwieżnu bis-​sewwa fuq il-​Mulej, il-​Qaddis taʼ Iżrael.” Madankollu, Is 10 vers 21 juri li għadd żgħir biss se jagħmlu dan: “Fdal jerġaʼ lura.” Dan ifakkarna f’Sijarjasub, bin Isaija, li huwa sinjal f’Iżrael u li ismu jfisser “Fdal Jerġaʼ Lura.” (Isaija 7:3) Vers 22 taʼ kapitlu 10 taʼ Is jwissi dwar “qerda” li ġejja u li ġiet deċiża. Din il-​qerda se tkun taʼ tjieba għaliex hija kastig ġust fuq poplu ribelluż. B’riżultat taʼ dan, minn ġens taʼ popolazzjoni kbira li hu “bħar-​ramel tal-​baħar,” fdal biss se jerġaʼ lura. Is 10 Vers 23 iwissi li din il-​qerda li ġejja se teffettwa l-​pajjiż kollu. Ġerusalemm m’hijiex se tiġi skansata din id-​darba.

  • Tibżax mill-​Assirjan
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • Il-​profezija f’Isaija 10:20-23 kellha twettiq ieħor fl-​ewwel seklu, bħalma hu muri f’Rumani 9:27, 28. (Qabbel Isaija 1:9; Rumani 9:29.) Pawlu jispjega li f’sens spiritwali, “fdal” taʼ Lhud ‘ġew lura’ lejn Jehovah fl-​ewwel seklu E.K., billi numru żgħir taʼ Lhud leali saru segwaċi taʼ Ġesù Kristu u bdew iqimu lil Jehovah bl-​“ispirtu u l-​verità.” (Ġwann 4:24) Iktar tard, dawn ġew imseħbin minn Ġentili li emmnu, u b’hekk ifformaw ġens spiritwali, l-​“Iżrael taʼ Alla.” (Galatin 6:16) F’din l-​okkażjoni twettaq il-​kliem taʼ Isaija 10:20: ‘Qatt iżjed’ ma kien hemm ġens dedikat lil Jehovah li biex jitwieżen dar lil hinn minnu lejn sorsi umani.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja