LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa—2003 | Awwissu 15
    • 15. Kif tiddeskrivi fi kliemek il-​profezija li nsibu f’Mikea 4:​1-4?

      15 Jekk inħarsu lura, naraw li Mikea mbagħad iwassal messaġġ eċċitanti taʼ tama. Kemm iqawwilna qalbna l-​kliem li nsibu f’Mikea 4:​1-4! Fost affarijiet oħra Mikea jgħid: “Għad jiġri fl-​aħħar jiem li l-​għolja taʼ dar il-​Mulej togħla ’l fuq mill-​qċaċet tal-​muntanji, u tintrefaʼ ’l fuq mill-​għoljiet. Lejha għad jiġu l-​popli kollha . . . U jkun hu l-​imħallef taʼ ħafna popli, f’idejh ikun id-​destin taʼ ġnus setgħana, mqar l-​aktar imbiegħda. Ix-​xwabel tagħhom idewwbuhom f’sikek, u l-​lanez tagħhom fi mnieġel. Il-​ġnus ma jisiltux ix-​xwabel għal xulxin, u ma jitħarrġux aktar għall-​gwerra. Imma kull wieħed jinsab taħt id-​dielja tiegħu, u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu; u ma jkunx hemm min iwerwirhom, għax fomm il-​Mulej taʼ l-​eżerċti tkellem.”

  • Aħna Se Nimxu f’Isem Jehovah għal Dejjem!
    It-Torri tal-Għassa—2003 | Awwissu 15
    • 17 Fi qbil mal-​profezija taʼ Mikea, il-​qima nadifa taʼ Jehovah dalwaqt se tkun prattikata maʼ l-​art kollha fil-​veru sens tal-​kelma. Bħalissa, nies li huma “[“disposti sewwa,” NW] għall-​ħajja taʼ dejjem” qed jiġu istruwiti fit-​triqat taʼ Jehovah. (Atti 13:48) Jehovah qed jagħmel ħaqq u jiddritta l-​affarijiet b’mod spiritwali għal dawk li jemmnu u li jieħdu l-​waqfa tagħhom favur is-​Saltna. Dawn se jgħaddu ħajjin mit-​tribulazzjoni l-​kbira bħala parti mill-​“kotra kbira.” (Apokalissi 7:​9, 14) Ladarba x-​xwabel tagħhom dewbuhom f’sikek, saħansitra llum huma qed jgħixu fil-​paċi maʼ Xhieda taʼ Jehovah bħalhom u m’oħrajn. X’ferħ li ninsabu fosthom!

      Determinati li Jimxu f’Isem Jehovah

      18. X’jissimbolizza l-​fatt li ‘wieħed ipoġġi taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu’?

      18 Fi żmienna, meta l-​biżaʼ qiegħed jiksi l-​art bħal sħaba sewda, kemm inħossuna imqanqlin meta naraw li ħafna qegħdin jitgħallmu t-​triqat taʼ Jehovah! Qed nixxennqu għaż-​żmien, li issa hu fil-​qrib, meta dawk kollha li jħobbu lil Alla m’humiex se jitgħallmu jiggwerraw iktar imma se jpoġġu kull wieħed taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu. Is-​siġar tat-​tin kienu spiss jitħawlu fl-​għelieqi tad-​dwieli. (Luqa. 13:6) Il-​fatt li wieħed ipoġġi taħt id-​dielja u t-​tina tiegħu jissimbolizza kundizzjonijiet taʼ sliem, riżq, u sigurtà. Anki bħalissa, ir-​relazzjoni tagħna maʼ Jehovah iġġibilna paċi tal-​moħħ u sigurtà spiritwali. Taħt it-​tmexxija tas-​Saltna, meta jkunu jeżistu ċirkustanzi bħal dawn, ma se jkollna ebda biżaʼ u se jkollna sigurtà sħiħa.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja