-
‘Ibqgħu Stennewni’It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
-
-
13. Sofonija liema messaġġ taʼ ġudizzju ppronunzja kontra Moab, Ammon, u l-Assirja?
13 Permezz tal-profeta tiegħu Sofonija, Jehovah esprima wkoll ir-rabja tiegħu kontra ġnus li kienu mmaltrattaw lill-poplu tiegħu. Hu ddikjara: “‘Smajt lil Mowab imaqdar, smajt iż-żebliħ ukoll taʼ wlied Għammon, kif maqdru l-poplu tiegħi u tkabbru kontra arthom. Għalhekk, daqskemm jien ħaj,—Oraklu tal-Mulej taʼ l-eżerċti—Alla taʼ Israel ‘għax bħal Sodoma jiġri lil Mowab, u bħal Gomorra lil ulied Għammon: isiru għalqa bil-ħurrieq miżgħuda, u moxa kollha melħ, ħerba għal dejjem. . . . U jifrex idu lejn it-tramuntana: u jeqred lil Assirja; u jagħmel ħerba waħda minn Ninwè, art niexfa bħad-deżert.’”—Sofonija 2:8, 9, 13.
14. Liema evidenza hemm li ġnus barranin ‘tkabbru bil-kbir’ kontra l-Iżraeliti u dak Alla tagħhom, Jehovah?
14 Moab u Ammon kienu l-għedewwa tradizzjonali taʼ Iżrael. (Qabbel Imħallfin 3:12-14.) Il-Ġebla Moabita, fil-Mużew Louvre f’Pariġi, iġġorr skrizzjoni li fiha stqarrija mimlija ftaħir mis-Sultan Moabit Mexa. Bi kburija jirrakkonta kif ħa bosta bliet Iżraeliti bil-għajnuna taʼ l-alla tiegħu Kemox. (2 Slaten 1:1) Ġeremija, kontemporanju taʼ Sofonija, tkellem dwar l-okkupar minn l-Ammoniti tat-territorju Iżraelit taʼ Gad f’isem alla tagħhom Malkam. (Ġeremija 49:1) Inkwantu għall-Assirja, is-Sultan Xalmaneżer V kien assedja u ħa lis-Samarija madwar seklu qabel żmien Sofonija. (2 Slaten 17:1-6) Ftit wara, is-Sultan Sennakerib attakka lil Ġuda, ħa ħafna mill-ibliet iffortifikati tagħha, u saħansitra hedded lil Ġerusalemm. (Isaija 36:1, 2) Il-kelliemi tas-sultan Assirjan tabilħaqq li tkabbar bil-kbir kontra Jehovah meta ordna lil Ġerusalemm biex iċċedi.—Isaija 36:4-20.
-
-
‘Ibqgħu Stennewni’It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
-
-
15. Jehovah kif kien se jumilja lill-allat taʼ ġnus li kienu tkabbru bil-kbir kontra l-poplu tiegħu?
15 Salm 83 isemmi għadd taʼ ġnus, inklużi Moab, Ammon, u l-Assirja, li tkabbru bil-kbir kontra Iżrael, u bi ftaħir stqarrew: “Ejjew, ħa nwarrbuhom minn fost il-ġnus; ma jissemmiex iżjed isem Israel!” (Salm 83:5 [Salm 83:4, NW]) Il-profeta Sofonija ħabbar b’kuraġġ li dawn il-ġnus imkabbrin kollha u l-allat tagħhom kellhom jiġu umiljati minn Jehovah taʼ l-armati. “Jiġrilhom dan minħabba t-tkabbir tagħhom, għax huma maqdru u tkabbru kontra l-poplu tal-Mulej taʼ l-eżerċti. Tal-biżaʼ jkun għalihom il-Mulej, għax kollha jtemmhom lill-allat taʼ l-art, u jinxteħtu jqimuh, kulħadd fi mkienu, il-gżejjer kollha tan-nazzjonijiet.”—Sofonija 2:10, 11.
-
-
‘Ibqgħu Stennewni’It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
-
-
17. Il-messaġġi taʼ ġudizzju taʼ Sofonija meta u kif bdew jitwettqu fuq il-ġnus?
17 Dawk li taw kas taʼ dik it-twissija ma nħasdux. Ħafna għexu sakemm raw it-twettiq tal-profezija taʼ Sofonija. Fis-sena 632 Q.E.K., Nineve ttieħdet u nqerdet minn koalizzjoni taʼ Babilonjani, Medi, u qtajjiet mit-Tramuntana, probabilment Skiti. Il-kittieb taʼ l-istorja Will Durant jirrakkonta: “Armata taʼ Babilonjani taħt Nabopolassar ngħaqdet m’armata taʼ Medi taħt Sijaksares u kotra taʼ Skiti mill-Kawkasus, u b’faċilità u ħeffa taʼ l-għaġeb ħatfu ċ-ċittadelli tat-Tramuntana. . . . B’daqqa waħda l-Assirja sparixxiet mill-istorja.” Dan kien eżatt dak li Sofonija kien ipprofetizza.—Sofonija 2:13-15.
-