LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Għin Biex il-Kongregazzjoni Tibqaʼ Magħquda
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Għin Biex il-​Kongregazzjoni Tibqaʼ Magħquda

      Meta nkunu ma’ ħutna spiritwali, inħossuna bħas-​Sultan David: ‘Kemm hu tajjeb u sabiħ li l-​aħwa jgħixu flimkien f’unità!’ (Salm 133:1) L-​unità, jew li nkunu magħqudin, ma tiġix mix-​xejn. Kulħadd irid jagħmel sforz biex nibqgħu magħqudin.

      1. X’jagħmel lin-​nies t’Alla differenti?

      Jekk tmur laqgħa f’pajjiż ieħor, għalkemm ma tifhimx il-​lingwa, xorta se tħossok komdu u l-​aħwa se jilqgħuk u jħobbuk. Għala? Għax kull fejn tmur se ssib li aħna nistudjaw il-​Bibbja bl-​istess pubblikazzjonijiet. U nagħmlu minn kollox biex inħobbu lil xulxin. Ngħixu fejn ngħixu, aħna ‘nsejħu isem Ġeħova, biex naqduh spalla ma’ spalla,’ jiġifieri magħqudin flimkien.​—Sofonija 3:9.

      2. X’tistaʼ tagħmel biex l-​aħwa jkunu iżjed magħqudin?

      “Ħobbu lil xulxin mill-​qalb bil-​ħeġġa kollha.” (1 Pietru 1:​22) Kif tistaʼ tagħmel hekk? Minflok tħares lejn l-​iżbalji t’oħrajn, ħares lejn it-​tajjeb tagħhom. Tqattax il-​ħin biss m’aħwa li huma bħalek jew li jħobbu l-​istess affarijiet, imma pprova sir af ukoll aħwa li huma differenti minnek. Tajjeb li naħdmu iebes biex inneħħu xi ideat ħżiena li jistaʼ jkollna dwar ħaddieħor.​—Aqra l-​1 Pietru 2:​17.a

      3. X’se tagħmel meta Kristjan ieħor iweġġgħek?

      Għalkemm magħqudin, kollha niżbaljaw. Kultant niddiżappuntaw jew anki nweġġgħu lil xulxin. Il-​Bibbja tgħidilna “komplu . . . aħfru lil xulxin.” Imbagħad tkompli tgħid: “Bħalma Ġeħova ħafrilkom mill-​qalb, agħmlu hekk intom ukoll.” (Aqra Kolossin 3:​13.) Lil Ġeħova kemm-​il darba weġġajnieh, imma hu xorta ħafrilna. Allura jistenna li naħfru lil ħutna. Jekk tinduna li weġġajt lil xi ħadd, mur irranġa l-​affarijiet miegħu.​—Aqra Mattew 5:​23, 24.b

      TGĦALLEM IŻJED

      Ara x’tistaʼ tagħmel biex l-​aħwa tal-​kongregazzjoni jibqgħu magħqudin u jkollhom il-​paċi.

      Grupp taʼ Stampi: Ħu jżomm il-​paċi. 1. Ħu ieħor ma jkellmux b’qalb tajba. 2. Il-​ħu jaħseb fuq dak li qallu. 3. Hu jaħseb dwar x’tgħid il-​Bibbja meta jweġġgħek xi ħadd. 4. Hu jmur jieħu kafè mal-​ħu l-​ieħor biex jirranġaw l-​affarijiet.

      X’se tagħmel biex iżżomm il-​paċi?

      4. Ħobb lil min hu differenti minnek

      Aħna rridu nħobbu lill-​aħwa kollha. Imma forsi nsibuha diffiċli biex nagħmluha ma’ xi ħadd li hu differenti minna. X’se jgħinna? Aqra Atti 10:​34, 35, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova jaċċetta lil kull tip taʼ nies. Kif nistgħu nimitawh meta nkunu ma’ dawk li għandhom background differenti minn tagħna?

      • In-​nies fejn toqgħod int, kif jittrattaw ħażin lil min hu differenti minnhom? Għala ma tridx taħseb u tagħmel bħalhom?

      Aqra t-​2 Korintin 6:​11-​13, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif tistaʼ tħobb aktar lil ħutek li għandhom background differenti minn tiegħek?

      5. Aħfer mill-​qalb u żomm il-​paċi

      Aħna qatt m’għandna bżonn naħfru lil Ġeħova imma hu xorta jaħfrilna. Aqra Salm 86:​5, u mbagħad iddiskuti:

      • X’titgħallem dwar Ġeħova?

      • Għala tapprezza li jaħfer?

      • Liema sitwazzjonijiet jistgħu jagħmluha diffiċli biex inżommu l-​paċi m’oħrajn?

      Kif nistgħu nimitaw lil Ġeħova u nibqgħu nħobbu lil ħutna? Aqra Proverbji 19:​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Jekk xi ħadd iqabbiżhielek jew iweġġgħek, x’tistaʼ tagħmel biex is-​sitwazzjoni tkun aħjar?

      Kultant inweġġgħu lil oħrajn. X’għandna nagħmlu meta jiġri hekk? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

      VIDJOW: Li tagħmel paċi jġib barkiet (6:​01)

      • Fil-​vidjow, l-​oħt x’għamlet biex tirranġa mal-​oħt l-​oħra?

      6. Fittex it-​tajjeb f’ħutek

      Meta nsiru nafu lil ħutna, se nsiru nafu t-​tajjeb u l-​ħażin tagħhom. Kif nistgħu niffokaw fuq it-​tajjeb tagħhom? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

      VIDJOW: Siru Isbaħ! (5:​10)

      • X’se jgħinek tara t-​tajjeb f’ħutek?

      Ġeħova jiffoka fuq it-​tajjeb tagħna. Aqra t-​2 Kronaki 16:9a, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif tħossok li Ġeħova jiffoka fuq it-​tajjeb tiegħek?

      Ċurket tad-​djamanti.[Stampa f’paġna 235]

      Djamant sabiħ ikollu d-​difetti, imma xorta jiswa ħafna. Bl-​istess mod, l-​aħwa kollha huma imperfetti, imma xorta jiswew ħafna għal Ġeħova

      ĦAFNA JGĦIDU: “Naħfer iva, imma ninsa qatt.”

      • Għala għandna naħfru mill-​qalb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Int tistaʼ tgħin biex il-​kongregazzjoni tibqaʼ magħquda billi taħfer u turi li tħobb lill-​aħwa kollha.

      X’Tgħallimt

      • Kif tistaʼ tħobb lil kulħadd, anki dawk li huma differenti minnek?

      • X’se tagħmel jekk int u Kristjan ieħor ma taqblux fuq xi ħaġa?

      • Għala għandek timita lil Ġeħova meta taħfer lil oħrajn?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Ara kif wieħed mill-​eżempji taʼ Ġesù jgħinna ma niġġudikawx lil oħrajn.

      Neħħi t-​travu (6:​56)

      Hemm għalfejn niskużaw ruħna anki meta nħossu li m’għamilna xejn ħażin?

      “L-​Apoloġija​—Mod Effettiv biex Tagħmel Paċi” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Novembru 2002)

      Ara kif xi wħud tgħallmu ma jiġġudikawx lil oħrajn.

      Tiġġudikax Fuq Dak li Jidher minn Barra (5:06)

      Sir af kif tistaʼ ssolvi problema li għandek maʼ xi ħadd qabel ma teffettwa l-​paċi tal-​kongregazzjoni.

      “Irranġa kull nuqqas taʼ qbil bi mħabba” (It-​Torri tal-​Għassa, Mejju 2016)

      a In-​Nota fl-​Aħħar 6 turi kif l-​imħabba taʼ Kristjan twaqqfu milli jmarrad lil ħaddieħor.

      b In-​Nota fl-​Aħħar 7 titkellem dwar kif tieħu ħsieb kwistjonijiet taʼ flus u affarijiet legali.

  • Għin Biex il-Kongregazzjoni Tibqaʼ Magħquda
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. X’jagħmel lin-​nies t’Alla differenti?

      Jekk tmur laqgħa f’pajjiż ieħor, għalkemm ma tifhimx il-​lingwa, xorta se tħossok komdu u l-​aħwa se jilqgħuk u jħobbuk. Għala? Għax kull fejn tmur se ssib li aħna nistudjaw il-​Bibbja bl-​istess pubblikazzjonijiet. U nagħmlu minn kollox biex inħobbu lil xulxin. Ngħixu fejn ngħixu, aħna ‘nsejħu isem Ġeħova, biex naqduh spalla ma’ spalla,’ jiġifieri magħqudin flimkien.​—Sofonija 3:9.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja