-
Jehovah Jobgħodha t-Triq tat-TradimentIt-Torri tal-Għassa—2002 | Mejju 1
-
-
16, 17. Xi wħud liema triq taʼ tradiment qabdu?
16 Malakija mbagħad isemmi t-tieni triq taʼ tradiment: Meta s-sieħeb jew is-sieħba jiġu trattati ħażin, speċjalment f’każ taʼ divorzju inġust. Vers 14 taʼ kapitlu 2 jgħid: “Bejnek u bejn il-mara taʼ żgħożitek hemm xhud il-Mulej; u int qarraqt biha, għad li hi s-sieħba tiegħek u l-mara li magħha ntrabatt.” Billi ttradew lin-nisa tagħhom, l-irġiel Lhud miżżewġin ġagħlu l-artal taʼ Jehovah ‘jinkesa bid-dmugħ.’ (Malakija 2:13) Dawk l-irġiel kienu qed jiddivorzjaw għal kull ħaġa taʼ xejn u b’ħażen kienu qed jitilqu lin-nisa taʼ żgħożithom, forsi biex jiżżewġu nisa iżgħar jew nisa pagani. U l-qassisin korrotti ppermettew li dan isir! Madankollu, Malakija 2:16 jiddikjara: “‘Jiena d-divorzju nobogħdu,’ jgħid il-Mulej, Alla taʼ Iżrael.” Iktar tard, Ġesù wera li l-immoralità hija l-unika raġuni għal divorzju li teħles il-parti innoċenti biex tkun tistaʼ terġaʼ tiżżewweġ.—Mattew 19:9.
-
-
Jehovah Jobgħodha t-Triq tat-TradimentIt-Torri tal-Għassa—2002 | Mejju 1
-
-
18. Il-pariri taʼ Malakija rigward it-tradiment b’liema mod japplikaw illum?
18 Il-pariri dwar dawn il-kwistjonijiet japplikaw bl-istess qawwa llum. Huwa tassew t’għajb li xi wħud jinjoraw id-direzzjoni t’Alla biex jiżżewġu biss fil-Mulej. U huwa wkoll taʼ sogħba li xi wħud m’għadhomx jaħdmu iebes ħalli jżommu ż-żwieġ tagħhom sod. Minflok, jipprovaw jiskużaw ruħhom u jsegwu triq li Alla jobgħod billi jiddivorzjaw mingħajr raġuni skritturali sabiex jiżżewġu lil xi ħadd ieħor. Meta jagħmlu dawn l-affarijiet, huma jkunu qed ‘idejqu’ lil Jehovah. Fi żmien Malakija, dawk li injoraw il-pariri t’Alla, saħansitra kellhom il-wiċċ tost li jgħidu li Jehovah ma kellux raġun li jħares lejn l-affarijiet b’dak il-mod. Huma fil-fatt qalu: “Fejn hu Alla tal-ġustizzja?” Xi ħsibijiet mgħawġa! Ħalli qatt ma naqgħu f’dik in-nassa.—Malakija 2:17.
-