LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Huwa l-Papa “s-Suċċessur taʼ San Pietru”?
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Ottubru 1
    • Kien Pietru l-​Ewwel Papa?

      Sabiex jagħtu prova li l-​knisja hija mibnija fuq Pietru, il-​Kattoliċi ilhom jiġbdu l-​attenzjoni lejn kliem Ġesù mniżżel f’​Mattew 16:18: “Int Pietru, u fuq din il-​blata nibni l-​kongregazzjoni tiegħi.” Infatti, dan il-​kliem hu mnaqqax bil-​Latin taħt il-​koppla tal-​Bażilika taʼ San Pietru f’Ruma.

      Wistin, Missier tal-​Knisja rispettat, darba kien jemmen li l-​kongregazzjoni kienet inbniet fuq Pietru. Madanakollu, lejn tmiem ħajtu, biddel il-​ħarsa tiegħu lejn xi jfisser kliem Ġesù. Fi ktieb tiegħu (Retractations), Wistin irraġuna li l-​knisja, jiġifieri l-​kongregazzjoni Kristjana, inbniet fuq Ġesù u mhux fuq Pietru.a

      Veru, l-​appostlu Pietru kellu rwol prominenti fl-​Evanġelji. Ġesù għażel speċifikament lil tlieta mill-​appostli tiegħu—Ġwanni, Ġakbu, u Pietru—biex ikunu preżenti miegħu f’xi ftit okkażjonijiet speċjali. (Marku 5:37, 38; 9:2; 14:33) Ġesù fada f’idejn Pietru “l-​imfietaħ tas-​saltna tas-​smewwiet,” li Pietru uża biex jiftaħ it-​triq għas-​Saltna—l-​ewwel lil-​Lhud u l-​proseliti, imbagħad lis-​Samaritani, u fl-​aħħar lill-​Ġentili. (Mattew 16:19; Atti 2:5, 41; 8:14-​17; 10:45) Peress li Pietru ma kienx xi wieħed li jżomm lura, ħafna drabi qeda bħala l-​kelliemi għall-​appostli bħala grupp. (Atti 1:15; 2:14) Imma dawn il-​fatti jagħmlu lil Pietru l-​kap tal-​kongregazzjoni bikrija?

      L-​appostlu Pawlu veru kiteb li Pietru ġie fdat “biex ikun appostlu tan-​nies ċirkonċiżi.” (Galatin 2:8) Però, il-​kuntest taʼ kliem Pawlu juri li ma kienx qed jgħid li Pietru mexxa l-​kongregazzjoni. Il-​kummenti taʼ Pawlu kienu dwar l-​irwol taʼ Pietru f’li jipprietka lil-​Lhud.

      Għalkemm Pietru ngħata responsabbiltà kbira, imkien fil-​Bibbja ma nsibuh isostni li kien il-​kap tal-​kongregazzjoni u bħala tali jieħu deċiżjonijiet għad-​dixxipli bħala grupp. Fl-​ittra tiegħu, hu sejjaħ lilu nnifsu “appostlu” u “anzjan”—xejn iktar.—1 Pietru 1:1; 5:1.

  • Huwa l-Papa “s-Suċċessur taʼ San Pietru”?
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Ottubru 1
    • a Id-​diskussjoni li kellu Ġesù maʼ Pietru ffokat fuq l-​identifikar tal-​Kristu u l-​irwol tiegħu, mhux fuq l-​irwol li kien se jkollu Pietru. (Mattew 16:13-​17) Iktar tard, Pietru nnifsu stqarr li Ġesù kien il-​ġebla li fuqha nbniet il-​kongregazzjoni. (1 Pietru 2:4-​8) L-​appostlu Pawlu kkonferma li Ġesù, mhux Pietru, kien “il-​ġebla tax-​xewka tal-​pedament” tal-​kongregazzjoni Kristjana.—Efesin 2:20.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja