-
Se ‘tibqa’ għassa’?It-Torri tal-Għassa—2015 | Marzu 15
-
-
9. (a) Ġesù liema twissija ta dwar li wieħed jibda jongħos? (b) Il-midlukin kif wieġbu għall-għajta: “Wasal l-għarus”? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
9 Raġuni oħra għala l-verġni għaqlin kienu lesti għall-wasla tal-għarus kienet għax qagħdu għassa. Imma fit-tixbiha, l-għaxar verġni kollha “bdew jonogħsu u raqdu” waqt li kienu qed jistennew lill-għarus, li donnu kien qed jiddawwar. Allura, hu possibbli li Kristjani midlukin illum ‘jorqdu,’ jiġifieri, jiġu aljenati waqt li jkunu qed jistennew il-wasla taʼ Kristu? Iva. Ġesù kien jaf li anki individwu li hu lest u ħerqan jistaʼ jsir dgħajjef u aljenat waqt li jkun qed jistennieh jiġi. Għalhekk, il-Kristjani midlukin leali stinkaw kemm felħu biex jibqgħu għassa. B’liema mod? Fit-tixbiha, l-għaxar verġni kollha wieġbu għall-għajta: “Wasal l-għarus!” Imma l-verġni għaqlin biss baqgħu għassa. (Mattew 25:5, 6; 26:41) Bl-istess mod, matul l-aħħar jiem, Kristjani midlukin leali wieġbu għall-għajta: “Wasal l-għarus!” Aċċettaw l-evidenza ċara daqs il-kristall li Ġesù wasal biex jiġi, u huma lesti għall-wasla tiegħu.a Issa ejja neżaminaw it-tmiem tat-tixbiha taʼ Ġesù, li jiffoka fuq perijodu taʼ żmien speċifiku.
-
-
Se ‘tibqa’ għassa’?It-Torri tal-Għassa—2015 | Marzu 15
-
-
a Fit-tixbiha, hemm perijodu taʼ żmien bejn l-għajta, “Wasal l-għarus!” (vers 6) u l-miġja tal-għarus (vers 10). Matul l-aħħar jiem, il-midlukin baqgħu għassa. Għarfu s-sinjal tal-preżenza taʼ Ġesù, u għalhekk jafu li qed imexxi bħala Sultan fis-Saltna t’Alla. Xorta waħda, iridu jibqgħu għassa sa ma jiġi.
-