-
X’Jimmotivak Biex Taqdi lil Alla?It-Torri tal-Għassa—1995 | Lulju 1
-
-
17. Fi kliemek stess, irrakkonta fil-qosor il-parabbola tat-talenti.
17 Ikkunsidra l-parabbola taʼ Ġesù tat-talenti, kif imniżżla f’Mattew 25:14-30. Wieħed raġel li kien wasal biex isiefer sejjaħ lill-irsiera tiegħu u fdalhom f’idejhom l-affarijiet li kellu. “Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, jerġaʼ lil ieħor wieħed, lil kull wieħed skond l-abbiltà tiegħu stess.” Meta s-sid irritorna biex jissetilja l-kontijiet maʼ l-irsiera tiegħu, x’sab? L-irsir li kien ġie mogħti ħames talenti akkwista ħames talenti oħrajn. Bl-istess mod, l-irsir li kien ġie mogħti żewġ talenti akkwista żewġ talenti oħrajn. L-irsir li kien ġie mogħti talent wieħed ħbieh fil-ħamrija u m’għamel xejn biex iżid il-ġid taʼ sidu. X’kienet l-istima tas-sid rigward is-sitwazzjoni?
-
-
X’Jimmotivak Biex Taqdi lil Alla?It-Torri tal-Għassa—1995 | Lulju 1
-
-
19 M’għandniex xi ngħidu, it-tielet irsir ma ngħatax prosit. Fil-fatt, ġie mitfugħ fid-dlam taʼ barra. Billi kien irċieva biss talent wieħed, ma kienx mistenni li jipproduċi daqs l-irsir b’ħames talenti. Hu, iżda, lanqas biss ipprova! Il-ġudizzju avvers tiegħu kien ultimament minħabba l-attitudni tal-qalb ‘mill-agħar u merħija’ tiegħu, li wriet nuqqas taʼ mħabba għas-sid.
-