LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Għala Jiġru Affarijiet Ħżiena, u n-Nies Għala Jbatu?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Kont taf?

      Meta Satana qal l-​ewwel gidba, hu ġiegħel lin-​nies jemmnu li Ġeħova hu Mexxej aħrax u ma jħobbniex. Meta fil-​futur Ġeħova se jneħħi t-​tbatija tan-​nies, hu se jirranġa r-​reputazzjoni tiegħu. B’hekk se juri li hu l-​aħjar mexxej li jistaʼ jkun hawn. Li jirranġa r-​reputazzjoni tiegħu hi waħda mill-​iżjed affarijiet importanti fl-​univers.​—Mattew 6:​9, 10.

  • X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 33. Nies qed jgħixu f’ġenna tal-​art.

      LEZZJONI 33

      X’Se Tagħmel is-​Saltna t’Alla

      Is-​Saltna t’Alla ġa qiegħda tmexxi. Daqt se tbiddel ħafna affarijiet fuq l-​art. Ejja naraw xi affarijiet sbieħ li se jkun hawn permezz tas-​Saltna t’Alla.

      1. Is-​Saltna t’Alla kif se ġġib paċi u ġustizzja fuq l-​art?

      Ġesù, bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, se jeqred lin-​nies ħżiena u l-​gvernijiet fil-​gwerra t’Armageddon. (Rivelazzjoni 16:​14, 16) Imbagħad se naraw din il-​wegħda mill-​Bibbja: “Ftit ieħor biss, u l-​ħażin ma jkunx iktar.” (Salm 37:10) Ġesù se juża s-​Saltna biex jagħmel ċert li mad-​dinja kollha jkun hawn il-​paċi u l-​ġustizzja.​—Aqra Isaija 11:4.

      2. Il-​ħajja kif se tkun meta fuq l-​art isir dak li jrid Alla?

      Taħt is-​Saltna t’Alla ‘l-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħixu fiha għal dejjem.’ (Salm 37:29) Tistaʼ timmaġina? Fid-​dinja kulħadd se jkun persuna tajba u jħobb lil Ġeħova u lil oħrajn! Ħadd mhu se jimrad u kulħadd se jgħix għal dejjem.

      3. Is-​Saltna t’Alla x’se tagħmel wara li jinqerdu l-​ħżiena?

      Wara li jinqerdu l-​ħżiena, Ġesù se jmexxi bħala Sultan għal 1,000 sena. F’dak iż-​żmien, hu u l-​144,000 li se jmexxu miegħu, se jgħinu lin-​nies kollha fuq l-​art isiru perfetti. Fl-​aħħar tal-​1,000 sena, l-​art se ssir ġenna sabiħa u kulħadd se jkun ferħan għax ikun qed jobdi lil Ġeħova. Imbagħad Ġesù se jagħti lura s-​Saltna lil Missieru Ġeħova. Isem Ġeħova se jiġi mqaddes iżjed minn qatt qabel. (Mattew 6:​9, 10) Ħadd mhu se jkollu dubju li Ġeħova hu Mexxej tajjeb li jimpurtah min-​nies tiegħu. Ġeħova mbagħad se jeqred lil Satana, id-​dimonji u dawk li jiħduha kontra kif imexxi Hu. (Rivelazzjoni 20:​7-​10) Il-​kundizzjonijiet perfetti li se ġġib is-​Saltna t’Alla se jibqgħu għal dejjem.

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af għala tistaʼ tkun ċert li Alla se juża s-​Saltna biex iżomm il-​wegħdi li għamlilna għall-​futur.

      4. Is-​Saltna t’Alla se tneħħi l-​gvernijiet fuq l-​art

      “Il-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.” (Ekkleżjasti 8:9) Ġeħova se juża s-​Saltna tiegħu biex ineħħi l-​inġustizzja li għamlu n-​nies.

      Aqra Danjel 2:44 u t-​2 Tessalonikin 1:​6-​8, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova u Ibnu Ġesù, x’se jagħmlu lill-​gvernijiet fuq l-​art u lil dawk li jżommu magħhom?

      • Dak li tgħallimt dwar Ġeħova u Ġesù, kif jgħinek tkun ċert li dak li se jagħmlu se jkun tajjeb?

      Ġesù bħala Sultan qed imexxi l-​ġenna tal-​art mis-​sema.

      5. Ġesù hu l-​aqwa Sultan

      Bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, Ġesù se jgħin lin-​nies fuq l-​art b’ħafna modi. Ara l-​VIDJOW biex issir taf kif Ġesù ġa wera li jrid jgħin lin-​nies u li Alla tah il-​qawwa biex jagħmel dan.

      VIDJOW: Ġesù Wera X’Se Tagħmel is-​Saltna t’Alla (1:​13)

      Dak li għamel Ġesù meta kien fuq l-​art jagħtina idea x’se tagħmel is-​Saltna t’Alla. Liema minn dawn il-​barkiet tixtieq tara? Aqra l-​iskritturi li ġejjin. Dawn jgħinuna nitgħallmu iżjed dwar dawn il-​barkiet.

      META KIEN FUQ L-​ART, ĠESÙ . . .

      MIS-​SEMA ĠESÙ SE . . .

      • ikkontrolla t-​temp. ​—Marku 4:​36-​41.

      • jirranġa l-​ħsara kollha li saret fid-​dinja. ​—Isaija 35:​1, 2.

      • temaʼ eluf taʼ nies b’miraklu. ​—Mattew 14:​17-​21.

      • ineħħi l-​ġuħ mid-​dinja. ​—Salm 72:16.

      • fejjaq lil ħafna nies. ​—Luqa 18:​35-​43.

      • jagħmel ċert li kulħadd se jkollu saħħa perfetta.​—Isaija 33:24.

      • qajjem in-​nies mill-​mewt. ​—Luqa 8:​49-​55.

      • iqajjem lill-​mejtin u jneħħi l-​mewt għal dejjem. ​—Rivelazzjoni 21:​3, 4.

      6. Is-​Saltna t’Alla se ġġib futur sabiħ

      Is-​Saltna se tagħti lin-​nies il-​ħajja sabiħa li Ġeħova dejjem ried għalihom. Huma se jgħixu għal dejjem f’ġenna tal-​art. Biex tara kif Ġeħova qed juża lil Ġesù biex jagħmel dak li jrid għalina ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Idea taʼ Kemm Se Jkun Sabiħ il-​Futur (4:​38)

      Aqra Salm 145:​16, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif tħossok li Ġeħova se ‘jissodisfa x-​xewqa taʼ kull ħaġa ħajja’?

      ĦAFNA JGĦIDU: “Jekk naħdmu flimkien, nistgħu nsolvu l-​problemi li hawn fid-​dinja.”

      • Is-​Saltna t’Alla liema problemi se ssolvi li l-​gvernijiet fuq l-​art ma jistgħux?

      XI DDISKUTEJNA?

      Is-​Saltna t’Alla se tagħmel dak kollu li jrid Alla. Hi se tbiddel l-​art f’ġenna sabiħa u se tkun mimlija b’nies tajbin li jaqdu lil Ġeħova għal dejjem.

      X’Tgħallimt

      • Is-​Saltna t’Alla kif se tqaddes isem Ġeħova?

      • Għala nistgħu nemmnu li l-​wegħdi kollha li hemm fil-​Bibbja se jsiru permezz tas-​Saltna t’Alla?

      • Mill-​affarijiet tajbin kollha li se tagħmel is-​Saltna t’Alla, x’tixtieq tara l-​iżjed?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Sir af x’inhi Armageddon.

      “X’inhi l-​battalja t’Armageddon?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ara x’se jiġri waqt u fl-​aħħar tal-​1,000 sena li se jmexxi Ġesù.

      “What Will Happen on Judgment Day?” (The Watchtower, September 1, 2012)

      Ara kif il-​familji jistgħu jimmaġinaw lilhom infushom flimkien fil-​Ġenna tal-​art.

      Immaġinak fil-​Ġenna tal-​art (1:​50)

      Fl-​istorja “I Was Troubled by Many Questions,” aqra kif raġel li kien jiħodha kontra l-​politika sab is-​soluzzjonijiet li kien qed ifittex.

      “The Bible Changes Lives” (The Watchtower, January 1, 2012)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja