-
“Morru u Agħmlu Dixxipli”“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
-
-
11 Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jafdaw f’Ġeħova. Hu qalilhom: “Tiħdux flus tad-deheb jew tal-fidda jew tar-ram aħmar fil-but taʼ ħżiemkom, jew ħorġa taʼ l-ikel għall-vjaġġ, jew żewġ ilbiesi, jew sandli jew bastun; għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħobżu.” (Mattew 10:9, 10) Kienet xi ħaġa komuni li dawk li jkunu qed jivvjaġġaw jieħdu magħhom but tal-ħżiem għall-flus, ħorġa taʼ l-ikel għall-proviżjonijiet, u sandli żejjed.a Billi istruwixxa lid-dixxipli tiegħu biex ma jinkwetawx dwar dawn l-affarijiet, Ġesù kien, f’ċertu sens, qed jgħidilhom: “Afdaw għalkollox f’Ġeħova, għax hu se jieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħkom.” Ġeħova kien se jipprovdilhom billi jqanqal lil dawk li aċċettaw l-aħbar tajba biex juru l-ospitalità, li kienet drawwa f’Israel.—Luqa 22:35.

a But tal-ħżiem għandu mnejn kien tip taʼ ċinturin għall-flus użat biex jinġarru l-muniti. Ħorġa taʼ l-ikel kienet basket akbar, ġeneralment tal-ġilda, li kienet tintlibes fuq l-ispalla u kienet tintuża biex jinġarr l-ikel jew proviżjonijiet oħrajn.
-