-
Imħejjijin biex jippritkaw minkejja l-persekuzzjoniĠesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
-
-
Iva, is-segwaċi taʼ Ġesù għandhom mnejn jiffaċċjaw persekuzzjoni ħarxa, però hu jagħmlilhom din il-wegħda li sserrħilhom moħħhom: “Meta jerħukom f’idejhom, tkunux ansjużi dwar x’se tgħidu jew kif se tgħiduh; għax dak li għandkom tgħidu se jingħatalkom dak il-ħin; għax mhux intom tkunu qed titkellmu, imma l-ispirtu taʼ Missierkom ikun qed jitkellem permezz tagħkom.” Ġesù jżid jgħid: “L-aħwa jagħtu lil xulxin għall-mewt, u missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri u jagħtuhom għall-mewt. U intom tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi; imma min jissaporti sat-tmiem jiġi salvat.”—Mattew 10:19-22.
-
-
Imħejjijin biex jippritkaw minkejja l-persekuzzjoniĠesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
-
-
X’istruzzjonijiet, twissijiet, u inkuraġġiment tal-għaġeb jagħti Ġesù lit-12-il appostlu tiegħu! Iżda żgur li tistaʼ tara li dan il-kliem japplika wkoll għal dawk li se jieħdu sehem fix-xogħol tal-ippritkar wara l-mewt u l-irxoxt taʼ Ġesù. Dan jidher ċar meta jgħid lid-dixxipli tiegħu li se jkunu “mibgħudin minn kulħadd,” u mhux biss minn dawk li l-appostli se jmorru jippritkawlhom. Barra minn hekk, imkien ma naqraw li l-appostli tressqu quddiem gvernaturi u slaten waqt din il-kampanja taʼ ppritkar qasira fil-Galilija, lanqas ma naqraw li ngħataw għall-mewt mill-membri tal-familja tagħhom.
Jidher ċar li Ġesù qed jaħseb dwar il-futur meta jgħid dawn l-affarijiet lill-appostli. Ikkunsidra l-istqarrija tiegħu li d-dixxipli mhux se jlestu l-ippritkar tagħhom “sa ma jasal Bin il-bniedem.” Ġesù qed jindika li d-dixxipli tiegħu mhux se jlestu l-ippritkar dwar is-Saltna t’Alla qabel ma jasal is-Sultan Ġesù Kristu glorifikat bħala l-imħallef t’Alla.
-