-
Iwettaq il-profezija taʼ IsaijaĠesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
-
-
“Ara! Il-qaddej tiegħi li jien għażilt, il-maħbub tiegħi, li ruħi approvat! Inqiegħed l-ispirtu tiegħi fuqu, u lill-ġnus jurihom ċar x’inhi l-ġustizzja. Ma jargumenta bl-aħrax maʼ ħadd, ma jgħajjatx, u ħadd ma jismaʼ leħnu fit-toroq prinċipali. Qasba mxaqqa ma jiksirhiex, u ftila tal-kittien tnemnem ma jitfihiex, sakemm jirnexxilu jġib il-ġustizzja. Tabilħaqq, f’ismu se jittamaw il-ġnus.”—Mattew 12:18-21; Isaija 42:1-4.
-
-
Iwettaq il-profezija taʼ IsaijaĠesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
-
-
Xi jfisser li “ma jargumenta bl-aħrax maʼ ħadd, ma jgħajjatx, u ħadd ma jismaʼ leħnu fit-toroq prinċipali”? Meta jfejjaq lin-nies, Ġesù ma jħallix lil dawn l-uħud—jew lid-demonji—‘juru min hu.’ (Marku 3:12) Hu ma jridx li n-nies isiru jafu bih permezz taʼ storbju sħiħ fit-toroq jew għax jinxterdu bil-fomm rapporti mgħawġin sforz l-eċċitament.
-