-
‘Ħa Juża d-Dixxerniment Min Jaqra’It-Torri tal-Għassa—1999 | Mejju 1
-
-
18, 19. Liema raġunijiet jingħataw biex juru illi li “jaħarbu lejn l-għoljiet” ma jfissirx li jibdlu r-reliġjon?
18 Wara li bassar dwar li ‘l-profanazzjoni tkun qegħda fil-post imqaddes,’ Ġesù wissa lil dawk li jindunaw biex jaġixxu. Ried hu jfisser li f’dak l-istadju daqshekk avanzat—meta l-“profanazzjoni” tkun ‘qegħda fil-post imqaddes’—se jkun hemm ħafna nies li se jaħarbu mir-reliġjon falza u jibdew jipprattikaw il-qima vera? Diffiċli. Ikkunsidra l-ewwel twettiq. Ġesù qal: “Ħa jaħarbu mbagħad lejn l-għoljiet dawk li jkunu fil-Lhudija; u min ikun fuq il-bejt, ara li ma jinżilx biex jidħol ġewwa jieħu xi ħaġa mid-dar; anqas min ikun fir-rabaʼ ma għandu jerġaʼ lura biex jieħu l-mantar tiegħu. Jaħasra għalihom in-nisa li f’dawk il-jiem ikunu tqal jew ireddgħu! Itolbu li dan kollu ma jiġrix fix-xitwa.” (Korsiv tagħna.)—Mark 13:14-18.
-
-
‘Ħa Juża d-Dixxerniment Min Jaqra’It-Torri tal-Għassa—1999 | Mejju 1
-
-
22. X’jistaʼ jkun involut f’li napplikaw il-parir taʼ Ġesù biex naħarbu lejn l-għoljiet?
22 Fil-preżent ma jistax ikollna d-dettalji kollha dwar it-tribulazzjoni l-kbira, imma nistgħu nikkonkludu b’mod loġiku li għalina l-ħarba li Ġesù tkellem dwarha m’hijiex se tkun f’sens ġeografiku. In-nies t’Alla diġà qegħdin mal-globu kollu, tistaʼ tgħid f’kull rokna tiegħu. Nistgħu nkunu żguri, iżda, li meta jkun hemm bżonn li jaħarbu, il-Kristjani se jkollhom ikomplu jżommu distinzjoni ċara bejnhom u bejn l-organizzazzjonijiet reliġjużi foloz. Huwa sinjifikanti wkoll li Ġesù wissa dwar li ma mmorrux lura lejn darna biex inġibu ħwejjeġ jew affarijiet oħrajn. (Mattew 24:17, 18) Mela għandu mnejn ikun hemm provi iktar ’il quddiem li jinvolvu kif aħna nqisu l-affarijiet materjali; huma dawn l-iktar ħaġa importanti, jew hija iktar importanti s-salvazzjoni li se tiġi għal kulmin qiegħed fuq in-naħa t’Alla? Iva, li naħarbu jistaʼ jinvolvi xi tbatijiet u ċaħdiet. Irridu nkunu lesti li nagħmlu dak li jkun hemm bżonn, bħalma għamlu l-Kristjani taʼ l-ewwel seklu li kienu fl-istess sitwazzjoni tagħna meta ħarbu mil-Lhudija għall-Perija, fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan.
-