LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Hu “Alla li Jkabbar”!
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Lulju 15
    • Iż-​Żerriegħ li Jorqod

      13, 14. (a) Irrakkonta fil-​qosor it-​tixbiha taʼ Ġesù dwar ir-​raġel li jferrex iż-​żerriegħa. (b) Min hu rappreżentat miż-​żerriegħ, u x’inhi ż-​żerriegħa?

      13 F’Marku 4:26-29, insibu tixbiha oħra dwar iż-​żerriegħ: “B’dan il-​mod is-​saltna t’Alla hi bħal meta raġel jixħet iż-​żerriegħa fl-​art, u jorqod bil-​lejl u jqum bi nhar, u ż-​żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-​art tagħti l-​frott minnha nfisha bil-​mod il-​mod, l-​ewwel in-​nebbieta, imbagħad is-​sbula, fl-​aħħarnett il-​qamħ mimli fis-​sbula. Imma malli jsir il-​frott ilesti l-​minġel, għax ikun wasal il-​ħsad.”

      14 Min hu dan iż-​żerriegħ? Xi wħud fil-​Kristjaneżmu jemmnu li dan jirreferi għal Ġesù nnifsu. Imma kif jistaʼ jingħad li Ġesù jorqod u ma jkunx jaf kif tikber iż-​żerriegħa? Żgur li Ġesù jaf kif tikber! Minflok, dan iż-​żerriegħ, bħall-​wieħed li semmejna qabel, jirrappreżenta lil proklamaturi tas-​Saltna individwali, dawk li jiżirgħu ż-​żerriegħa tas-​Saltna bl-​attività taʼ l-​ippridkar żeluż tagħhom. Iż-​żerriegħa li jitfgħu fl-​art hija l-​kelma li jippridkaw.b

      15, 16. Ġesù liema verità dwar tkabbir letterali u spiritwali semma fit-​tixbiha tiegħu dwar iż-​żerriegħ?

      15 Ġesù jgħid li ż-​żerriegħ “jorqod bil-​lejl u jqum bi nhar.” Dan ma jfissirx li ż-​żerriegħ huwa traskurat. Sempliċement jiddeskrivi r-​rutina tal-​ħajja normali taʼ ħafna nies. Il-​mod kif il-​kliem huwa mpoġġi f’dan il-​vers jindika proċess kontinwu taʼ ħidma matul il-​jum u rqad bil-​lejl għal perijodu taʼ żmien. Ġesù enfasizza x’ġara matul dak iż-​żmien. “Iż-​żerriegħa tinbet u tikber,” jgħid hu. Imbagħad Ġesù jżid: “Bla ma jaf kif.” L-​enfasi hi fuq li t-​tkabbir isir ‘minnu nnifsu.’c

      16 Ġesù x’punt kien qed jagħmel hawnhekk? Innota li l-​enfasi hi fuq it-​tkabbir u kif iseħħ bil-​mod il-​mod. “L-​art tagħti l-​frott minnha nfisha bil-​mod il-​mod, l-​ewwel in-​nebbieta, imbagħad is-​sbula, fl-​aħħarnett il-​qamħ mimli fis-​sbula.” (Marku 4:28) Dan it-​tkabbir iseħħ bil-​mod il-​mod u pass pass. Ma jistax jiġi sforzat jew mgħaġġel. L-​istess jistaʼ jingħad dwar it-​tkabbir spiritwali. Dan iseħħ pass pass hekk kif Ġeħova jippermetti li l-​verità tikber fil-​qalb taʼ individwu li għandu attitudni xierqa.—Atti 13:48; Ebr. 6:1.

      17. Min huma dawk li jifirħu flimkien meta ż-​żerriegħa tal-​verità tagħti l-​frott?

      17 Iż-​żerriegħ kif jieħu sehem fil-​ħsad “malli jsir il-​frott”? Meta Ġeħova jkabbar il-​verità tas-​Saltna fil-​qlub tad-​dixxipli ġodda, dawn eventwalment jaslu sal-​punt meta jiġu mqanqlin mill-​imħabba tagħhom għal Alla biex jiddedikaw ħajjithom lilu. Huma jissimbolizzaw id-​dedikazzjoni tagħhom bil-​magħmudija taʼ l-​ilma. L-​aħwa rġiel li jkomplu jimmaturaw ikunu jistgħu, bil-​mod il-​mod, jieħdu iktar responsabbiltà fil-​kongregazzjoni. Iż-​żerriegħ oriġinali kif ukoll proklamaturi oħrajn tas-​Saltna li forsi ma kinux involuti personalment fiż-​żrigħ jaħsdu l-​frott tas-​Saltna miż-​żerriegħa li pproduċiet dan id-​dixxiplu partikulari. (Aqra Ġwanni 4:36-38.) Tabilħaqq, “min jiżraʼ u min jaħsad jifirħu flimkien.”

  • Hu “Alla li Jkabbar”!
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Lulju 15
    • b F’din ir-​rivista fil-​passat ġie spjegat li ż-​żerriegħa tirrappreżenta l-​kwalitajiet tal-​personalità li jridu jimmaturaw, billi matul il-​proċess jiġu effettwati minn fatturi ambjentali. Madankollu, għandu jiġi notat li fit-​tixbiha taʼ Ġesù, iż-​żerriegħa ma ssirx żerriegħa ħażina jew frotta mħassra. Sempliċement timmatura.—Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu, 1980, paġni 10-13.

      c L-unika darba oħra li tintuża din l-​espressjoni hi f’Atti 12:10, fejn jingħad li rixtellu tal-​ħadid infetħilhom “waħdu,” jew awtomatikament.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja