-
“Morru u Agħmlu Dixxipli”“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
-
-
12 Ukoll, Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jevitaw aljenazzjonijiet mhux neċessarji. Hu qal: “Fit-triq tieqfu tħaddnu lil ħadd biex issellmulu.” (Luqa 10:4) Kien Ġesù qed jgħidilhom biex ma jkunux dħulin jew biex ikunu indifferenti? Lanqas xejn. Fiż-żminijiet Bibliċi, it-tislim spiss kien jinvolvi ħafna iktar minn sempliċi tislima. Kienet id-drawwa li t-tislim kien jinkludi diversi formalitajiet u konversazzjoni twila. Wieħed studjuż tal-Bibbja qal: “It-tislim fost l-Orjentali ma kienx bħal tagħna, li nbaxxu ftit rasna, jew li nieħdu b’idejn xulxin, imma [kienu] jitgħannqu ħafna, u jbaxxu rashom, u saħansitra kienu jmilu maʼ l-art. Dan kollu kien jirrikjedi ħafna ħin.” Billi qal lid-dixxipli tiegħu biex ma jiħdux sehem fid-drawwa komuni tat-tislim, Ġesù kien, f’ċertu sens, qed jgħid: “Tridu tużaw il-ħin tagħkom b’mod għaqli, għax il-messaġġ li għandkom huwa urġenti.”b
-
-
“Morru u Agħmlu Dixxipli”“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
-
-
b Il-profeta Eliżew darba ta istruzzjonijiet simili. Meta bagħat lill-qaddej tiegħu Geħażi fid-dar taʼ mara li kien mitilha binha, Eliżew qal: “Jekk tiltaqa’ maʼ xi ħadd, issellimlux.” (2 Slaten 4:29) L-inkarigu kien urġenti, u għalhekk ma kienx hemm ħin għal waqfien bla bżonn.
-