LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • Ġesù jgħid lir-​raġel: “Tajjeb wiġibt; ‘ibqaʼ agħmel dan u tikseb il-​ħajja.’” Imma d-​diskussjoni ma tispiċċax hemm. Ir-​raġel mhuwiex kuntent b’din it-​tweġiba; hu ‘jrid juri li hu raġel sewwa,’ biex ikollu konferma li l-​ħarsa tiegħu hi korretta u b’hekk ikun ġustifikat bil-​mod kif jittratta lil oħrajn. Allura jistaqsi: “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?” (Luqa 10:28, 29) Din il-​mistoqsija li tidher sempliċi fiha ħafna x’tomgħod. F’liema sens?

      Il-​Lhud jemmnu li l-​kelma “proxxmu” tapplika biss għal dawk li jsegwu t-​tradizzjonijiet Lhud, u forsi jidher li Levitiku 19:18 jappoġġa dan. Infatti, xi ħadd Lhudi forsi jsostni li saħansitra jmur “kontra l-​liġi” li tissieħeb maʼ xi ħadd mhux Lhudi. (Atti 10:28) B’hekk, dan ir-​raġel u forsi xi wħud mid-​dixxipli taʼ Ġesù stess iqisu lilhom infushom ġusti jekk jittrattaw lil-​Lhud sħabhom bil-​qalb tajba. Imma jistgħu jittrattaw lil xi ħadd mhux Lhudi bl-​aħrax, għax jaħsbu li hu mhuwiex verament “proxxmu” tagħhom.

  • Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
    • X’metodu taʼ tagħlim effettiv! Li kieku Ġesù qabad u qal lir-​raġel li anki nies mhux Lhud huma l-​proxxmu tiegħu, ir-​raġel u l-​Lhud l-​oħra li kienu qed jisimgħu kienu se jaċċettaw dan? X’aktarx li le. Madankollu, billi jirrakkonta storja sempliċi, b’dettalji li s-​semmiegħa jistgħu jifhmu, it-​tweġiba għall-​mistoqsija, “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?” tidher ovvja. L-​individwu li juri mħabba u qalb tajba kif tikkmanda l-​Iskrittura juri li hu proxxmu li tassew iħobb.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja