LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ma Tafx Liema Tinbet!
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Lulju 15
    • It-​Tixbiha tal-​Ħmira

      9, 10. (a) Ġesù liema punt enfasizza fit-​tixbiha tal-​ħmira? (b) Fil-​Bibbja, spiss x’inhu rappreżentat mill-​ħmira, u liema mistoqsija se nikkunsidraw dwar il-​mod kif Ġesù rrefera għall-​ħmira?

      9 Il-​bniedem mhux dejjem jarah it-​tkabbir. Fit-​tixbiha tiegħu li jmiss, Ġesù jenfasizza dan il-​punt. Hu jgħid: “Is-​saltna tas-​smewwiet hi bħal ħmira li waħda mara ħadet u ħalltet maʼ tliet sigħan dqiq, sakemm tħemmret l-​għaġna kollha.” (Mt. 13:33) Il-​ħmira x’tirrappreżenta, u kif inhi konnessa mat-​tkabbir tas-​Saltna?

      10 Fil-​Bibbja, il-​ħmira spiss tintuża biex tirrappreżenta d-​dnub. L-​appostlu Pawlu rrefera għall-​ħmira b’dan il-​mod meta tkellem dwar l-​influwenza li tikkorrompi taʼ midneb fil-​kongregazzjoni taʼ Korintu tal-​qedem. (1 Kor. 5:6-8) Kien Ġesù issa qed juża l-​ħmira biex tirrappreżenta t-​tkabbir taʼ xi ħaġa negattiva?

      11. Il-​ħmira kif kienet tintuża f’Iżrael tal-​qedem?

      11 Qabel ma nwieġbu din il-​mistoqsija, hemm bżonn li nagħtu kas tliet fatti bażiċi. L-​ewwel, għalkemm Ġeħova ma ppermettiex li jkun hemm ħmira matul iż-​żmien tal-​festa tal-​Qbiż, kultant kien jaċċetta sagrifiċċji li kien fihom il-​ħmira. Il-​ħmira kienet tintuża b’konnessjoni maʼ l-​offerti tas-​sliem u radd il-​ħajr, li fihom min kien joffrihom kien jagħmel il-​preżentazzjoni tiegħu minn jeddu bi spirtu taʼ radd il-​ħajr għall-​ħafna barkiet taʼ Ġeħova. Din l-​ikla kienet tferraħ lil dawk li jieħdu sehem fiha.—Lev. 7:11-15.

      12. X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif il-​Bibbja titkellem dwar l-​affarijiet b’mod simboliku?

      12 It-​tieni, għalkemm konċett wieħed f’okkażjoni waħda jistaʼ jkollu konnotazzjoni negattiva fl-​Iskrittura, f’okkażjoni oħra l-​istess konċett jintuża biex jirrappreżenta xi ħaġa pożittiva. Per eżempju, fl-​1 Pietru 5:8, Satana hu mxebbah maʼ ljun, li jagħti stampa tan-​natura perikoluża u feroċi tiegħu. Imma f’Rivelazzjoni 5:5, Ġesù hu mxebbah maʼ ljun—“l-​Iljun tat-​tribù taʼ Ġuda.” Fil-​każ taʼ l-​aħħar, l-​iljun jintuża bħala simbolu taʼ ġustizzja li ssir bil-​kuraġġ.

      13. It-​tixbiha taʼ Ġesù dwar il-​ħmira x’turi dwar it-​tkabbir spiritwali?

      13 It-​tielet, fit-​tixbiha tiegħu, Ġesù ma qalx li l-​ħmira tħassar l-​għaġna kollha u tagħmilha bla użu. Hu rrefera sempliċement għall-​proċess normali taʼ kif isir il-​ħobż. Il-​mara tad-​dar minn jeddha żiedet il-​ħmira, u r-​riżultati kienu pożittivi. Il-​ħmira kienet moħbija fl-​għaġna. B’hekk, għall-​mara tad-​dar, il-​proċess tal-​ħmira kien moħbi. Dan ifakkarna fir-​raġel li jiżraʼ ż-​żerriegħa u jorqod bil-​lejl. Ġesù qal li “ż-​żerriegħa tinbet u tikber, bla ma [ir-raġel] jaf kif.” (Mk. 4:27) X’mod sempliċi biex tingħata stampa tal-​progress li ma jidhirx tat-​tkabbir spiritwali! Forsi t-​tkabbir ma narawhx mill-​ewwel, imma eventwalment ir-​riżultati tiegħu jkunu jidhru.

      14. Il-​fatt li l-​ħmira tħemmer l-​għaġna kollha jagħti stampa taʼ liema aspett tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar?

      14 Dan it-​tkabbir mhux biss hu inviżibbli għall-​bniedem imma wkoll qed isir mad-​dinja kollha. Dan hu aspett ieħor enfasizzat fit-​tixbiha tal-​ħmira. Il-​ħmira tħemmer l-​għaġna kollha, it-​“tliet sigħan dqiq” kollha. (Lq. 13:21) Bħall-​ħmira, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna li mexxa ’l quddiem dan it-​tkabbir spiritwali kiber sal-​punt li s-​Saltna issa qed tiġi pridkata “sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.” (Atti 1:8; Mt. 24:14) Xi privileġġ meraviljuż hu li tkun parti minn dan it-​tkabbir taʼ l-​għaġeb tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna!

  • Ma Tafx Liema Tinbet!
    It-Torri tal-Għassa—2008 | Lulju 15
    • 20, 21. (a) X’tgħallimna mir-​reviżjoni tat-​tixbihat taʼ Ġesù dwar it-​tkabbir? (b) X’int determinat li tagħmel?

      20 Allura x’tgħallimna mir-​reviżjoni qasira tagħna tat-​tixbihat taʼ Ġesù dwar it-​tkabbir? L-​ewwel li bħat-​tkabbir taż-​żerriegħa tal-​mustarda kien hemm tkabbir ġmielu fl-​interessi tas-​Saltna hawnhekk fuq l-​art. Xejn ma jistaʼ jwaqqaf ix-​xogħol taʼ Ġeħova milli jinfirex! (Is. 54:17) Iktar minn hekk, il-​protezzjoni spiritwali ġiet provduta għal dawk li fittxew “li joqogħdu għad-​dell” tas-​siġra. It-​tieni, hu Alla li jkabbar. Sewwasew bħalma l-​ħmira moħbija nfirxet fl-​għaġna kollha, dan it-​tkabbir mhux dejjem kien jidher jew jinftiehem mill-​ewwel, imma qed isir tabilħaqq! It-​tielet, mhux kulmin wieġeb wera li hu tajjeb. Xi wħud kienu bħall-​ħut ħażin fit-​tixbiha taʼ Ġesù.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja