LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “It-Tagħlim Dwar Dak li Jgħid Ġeħova Kompla Jinfirex”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • 19, 20. (a) Erodi għala ġie kastigat minn Ġeħova? (b) Liema faraġ nistgħu nsibu fir-rakkont tal-mewta f’daqqa waħda t’Erodi Agrippa?

      19 Din il-glorja kienet tappartjeni lil Alla, u Alla kien qed josserva! Erodi kellu ċans jevita diżastru. Setaʼ ċanfar lill-folla jew għall-inqas setaʼ ma qabilx magħhom. Minflok, hu sar eżempju ħaj tal-proverbju: “Qabel tisbita jkun hemm il-kburija.” (Prov. 16:18) “F’daqqa waħda, l-anġlu taʼ Ġeħova kkastigah,” u b’hekk dan ir-raġel egoist u kburi sofra mewta diżgustanti u terribbli. Erodi “ttiekel mid-dud u miet.” (Atti 12:23) Ġużeppi Flavju wkoll innota li Agrippa ġie milqut f’daqqa waħda u żied jgħid li s-sultan wasal għall-konklużjoni li kien qed imut minħabba li aċċetta t-tifħir żejjed tal-folla. Ġużeppi Flavju kiteb li Agrippa dam ikarkar ħamest ijiem qabel ma miet.b

  • “It-Tagħlim Dwar Dak li Jgħid Ġeħova Kompla Jinfirex”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • b Wieħed tabib u awtur kiteb li s-sintomi deskritti minn Ġużeppi Flavju u Luqa għandhom mnejn kienu kaġunati minn dud ġismu tond li jimpesta l-intestini. Dud bħal dan kultant jiġi vvomtat, jew joħroġ mill-ġisem tal-pazjent meta jmut. Xogħol taʼ referenza jgħid: “L-eżattezza professjonali taʼ Luqa bħala tabib tenfasizza l-orrur tal-mewt taʼ [Erodi].”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja