-
‘O Kemm Hu Profond l-Għerf t’Alla!’It-Torri tal-Għassa—2011 | Mejju 15
-
-
17. Dak li għamel Ġeħova b’liema mod kien “kontra n-natura”?
17 Ġeħova għamel xi ħaġa li ħafna nies iqisuha bħala kompletament mhux mistennija. Pawlu ddeskriva dak li ġara bħala “kontra n-natura.” (Rum. 11:24) B’liema mod? Għalkemm it-tilqim taʼ fergħa salvaġġa f’siġra kultivata jidher bħala xi ħaġa stramba u saħansitra mhux naturali, xi bdiewa fl-ewwel seklu hekk kienu jagħmlu.b B’mod simili, Ġeħova għamel xi ħaġa straordinarja. Mill-ħarsa Lhudija, il-Ġentili ma kinux kapaċi jipproduċu frott aċċettabbli. Madankollu, Ġeħova għamel dawn l-istess uħud parti minn “ġens” li pproduċew frott tas-Saltna. (Mt. 21:43) Sa minn meta ġie midluk Kornelju—l-ewwel bniedem Ġentili konvertit mhux ċirkonċiż—fis-sena 36 E.K., dawk li ma kinux Lhud mhux ċirkonċiżi ngħataw l-opportunità li jkunu mlaqqmin f’din is-siġra taż-żebbuġ simbolika.—Atti 10:44-48.c
18. Liema opportunità kellhom il-Lhud naturali wara s-sena 36 E.K.?
18 Ifisser dan li wara s-sena 36 E.K. ma kienx hemm iktar opportunità għal-Lhud naturali biex isiru parti min-nisel t’Abraham? Le. Pawlu spjega: “Jekk ma jibqgħux bla fidi, huma [l-Lhud naturali] wkoll jiġu mlaqqmin; għax Alla kapaċi jerġaʼ jlaqqamhom. Għax jekk int kont maqtugħ mis-siġra taż-żebbuġ li hi salvaġġa min-natura u tlaqqamt kontra n-natura fiż-żebbuġa t-tajba, kemm iktar u iktar dawk li huma naturali jistgħu jitlaqqmu fis-siġra taż-żebbuġ tagħhom stess!”—Rum. 11:23, 24.
-