LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Għandi tama f’Alla”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Diċembru
    • 15. Ġesù għala jissejjaħ “l-​ewwel frott”?

      15 L-​irxoxt taʼ Ġesù għas-​sema bħala persuna spirtu kien l-​ewwel u l-​iktar irxoxt importanti taʼ dat-​tip. (Atti 26:23) Madankollu, hu mhuwiex l-​uniku wieħed li rxoxta għas-​sema. Ġesù wiegħed li l-​appostli leali tiegħu kienu se jmexxu miegħu hemmhekk. (Luqa 22:28-30) Imma huma kienu se jirċievu dal-​premju biss wara li jkunu mietu. Imbagħad, bħal Ġesù, huma kienu se jiġu rxoxtati b’ġisem spirtu. Pawlu kiteb li “Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet, l-​ewwel frott fost dawk li raqdu fil-​mewt.” Imbagħad, Pawlu qal li kien se jkun hemm oħrajn li kienu se jiġu rxoxtati u jmorru s-​sema: “Kull wieħed skond kif imissu: Kristu l-​ewwel frott; wara, dawk li huma tal-​Kristu matul il-​preżenza tiegħu.”—1 Korintin 15:20, 23.

      16. Xi ħjiel għandna dwar meta se jseħħ l-​irxoxt fis-​sema?

      16 Il-​kliem taʼ Pawlu jagħtina ħjiel dwar meta se jseħħ l-​irxoxt fis-​sema. Dan se jseħħ matul il-​preżenza taʼ Kristu. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ilhom jagħtu prova mill-​Bibbja li l-​“preżenza” taʼ Kristu bdiet fl-​1914. Aħna għadna qed ngħixu matul il-​“preżenza” tiegħu, u t-​tmiem taʼ dis-​sistema mill-​agħar hu qrib ħafna.

      17, 18. X’se jiġri lil xi midlukin matul il-​preżenza taʼ Kristu?

      17 Il-​Bibbja tispjega iktar dwar l-​irxoxt fis-​sema: “Ma rridukomx ma tkunux tafu dwar dawk li huma reqdin fil-​mewt . . . Għax jekk il-​fidi tagħna hi li Ġesù miet u reġaʼ qam, hekk ukoll dawk li raqdu fil-​mewt . . . Alla se jġibhom miegħu . . . Aħna l-​ħajjin li nibqgħu sal-​preżenza tal-​Mulej żgur li m’aħniex se niġu qabel dawk li raqdu fil-​mewt; għax il-​Mulej stess jinżel mis-​sema b’sejħa taʼ kmand, . . . u l-​mejtin f’unjoni maʼ Kristu jqumu l-​ewwel. Wara dan, aħna l-​ħajjin li nkunu għadna hawnhekk nittieħdu fis-​sħab magħhom biex niltaqgħu mal-​Mulej fl-​ajru; u b’hekk inkunu dejjem mal-​Mulej.”—1 Tessalonikin 4:13-17.

      18 L-​ewwel irxoxt għas-​sema kien se jseħħ xi żmien wara li bdiet il-​preżenza taʼ Kristu. Uħud midlukin li jkunu fuq l-​art matul it-​tribulazzjoni l-​kbira se ‘jittieħdu fis-​sħab.’ Xi jfisser dan? Dawk li ‘jittieħdu’ mhux se ‘jorqdu fil-​mewt,’ jiġifieri, mhux se jdumu mejtin għal żmien twil. Minflok, meta jmutu, huma ‘lkoll se jitbiddlu, f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-​aħħar trumbetta.’—1 Korintin 15:51, 52; Mattew 24:31.

  • “Għandi tama f’Alla”
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Diċembru
    • 20. Għala nistgħu nafdaw li l-​irxoxt se jkun organizzat?

      20 Il-​Bibbja tgħid li dawk li jmorru s-​sema jiġu rxoxtati “kull wieħed skond kif imissu.” (1 Korintin 15:23) Allura nistgħu nafdaw li anki l-​irxoxt fuq l-​art se jseħħ f’ordni, jew ikun organizzat. Dan jistaʼ jġegħelna nistaqsu: Dawk li m’ilhomx li mietu se jiġu rxoxtati ftit wara li tibda t-​Tmexxija taʼ Elf Sena taʼ Kristu u jintlaqgħu lura mill-​maħbubin tagħhom li jafuhom? Se jiġu lura qabel oħrajn l-​irġiel leali mill-​passat li kienu mexxejja tas-​sengħa biex jgħinu ħalli jorganizzaw lin-​nies t’Alla fid-​dinja l-​ġdida? X’se jiġri min-​nies li qatt ma qdew lil Ġeħova? Meta u fejn se jiġu rxoxtati? Hemm ħafna mistoqsijiet li nistgħu nistaqsu. Imma m’għandniex għalfejn noqogħdu ninkwetaw dwar dawn l-​affarijiet issa. Ikun aħjar li sempliċiment nistennew u naraw. Nistgħu nafdaw li se jkun eċitanti li naraw kif Ġeħova se jieħu ħsieb dawn l-​affarijiet.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja